
L-edizzjoni tal-2022 ta’ Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, organizzata mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u s-sħab tiegħu, se tiffoka fuq it-tema "Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej 10 snin wara: lesti għall-futur?”. Se tattendi għaliha l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija u d-Demografija, Dubravka Šuica.
Bħala parti mill-avveniment, il-Kummissjoni Ewropea se torganizza sessjoni ta’ ħidma dwar is-Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online (COCS) bl-appoġġ tal-Forum tal-ECI. Għandha l-għan li tiġbor feedback mingħand l-utenti u l-partijiet ikkonċernati għat-titjib kontinwu tas-sistema.
L-avveniment se jkun ibridu, bil-parteċipazzjoni personali fi Brussell jew online. Ir-reġistrazzjoni hi miftuħa sal-25 ta’ Mejju






