Referenzi tat-Trattat
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 11(4)
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 24
Regoli
Regoli ġenerali (mill-1 ta’ Jannar 2020) – ir-Regolament (UE) 2019/788
Regoli dwar il-ġbir tal-firem online (mill-1 ta’ Jannar 2020) – ir-Regolament (UE) Nru 2019/1799
L-inizjattivi li ġew irreġistrati sal-31 ta’ Diċembru 2019 għadhom parzjalment irregolati mir-regoli l-antiki:
- Regoli ġenerali – ir-Regolament (UE) Nru 211/2011
- Ġbir tal-firem online – ir-Regolament (UE) Nru 1179/2011
Avviż dwar l-arranġamenti tranżizzjonali dwar ir-Regolament il-ġdid dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2020:
- български
- Español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska
Ara wkoll l-Istorja tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.
Rieżami tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni Ewropea hija meħtieġa li perjodikament tirrieżamina kif qed taħdem l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Hija tippreżenta l-kostatazzjonijiet tagħha f’rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Il-Kummissjoni adottat l-ewwel rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/788 fis-6 ta’ Diċembru 2023.
Ir-rapporti dwar l-applikazzjoni tal-ewwel Regolament dwar l-IĊE (ir-Regolament (UE) Nru 211/2011) huma disponibbli fuq il-paġna tal-Istorja tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.
Grupp ta’ Esperti
Ir-rwol tal-grupp ta’ esperti huwa li jikkoordina mal-pajjiżi tal-UE dwar kif tiġi implimentata l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.
Il-grupp huwa magħmul minn rappreżentanti mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-awtoritajiet responsabbli għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ.
Aktar informazzjoni dwar il-laqgħat tal-grupp ta’ esperti.
