Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

L-aħħar aħbarijiet

Policy updates
  • 03/06/2021

Estensjoni oħra lil sitt inizjattivi taċ-ċittadini minħabba l-pandemija tal-COVID-19

Fit-3 ta’ Ġunju, minħabba l-isfidi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi bi 3 xhur oħra sitt inizjattivi taċ-ċittadini li bħalissa jinsabu fil-proċess li jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ. Sitt inizjattivi oħra li għalihom il-ġbir għadu għaddej diġà bbenefikaw minn estensjoni massima ta’ 12-il xahar bl-estensjonijiet preċedenti li ngħataw f’Lulju 2020, f’Diċembru 2020 u fi Frar ta’ din is-sena. L-organizzaturi tal-inizjattivi kkonċernati ġew innotifikati mill-Kummissjoni. Aqra t-test tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

 

Logo ECIDay2021
  • 19/05/2021

Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej - avveniment online bejn it-3 u l-4 ta’ Ġunju

L-10 edizzjoni tal-Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej se ssir online bejn it-3 u l-4 ta’ Ġunju. Huwa organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew f’kooperazzjoni mal-imsieħba istituzzjonali u tas-soċjetà ċivili.

Il-Ħamis, it-3 ta’ Ġunju se jkun jum sħiħ ta’ dibattiti dwar l-istrument tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, li se jiffukaw fuq aspetti ewlenin biex l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej issir aktar b’saħħitha u tissaħħaħ id-demokrazija parteċipattiva fil-livell tal-UE.
Il-programm se jinkludi wkoll sessjonijiet ta’ ħidma mmirati lejn l-organizzaturi tal-inizjattivi, u se jkopri kwistjonijiet bħall-kampanji online u l-ġbir ta’ fondi.
Fl-4 ta’ Ġunju, l-organizzaturi ta’ inizjattivi li għaddejjin bħalissa se jingħataw il-kelma biex jippreżentaw l-inizjattivi tagħhom.
Għal aktar informazzjoni dwar il-programm, il-kelliema u s-sessjonijiet ta’ ħidma, jekk jogħġbok iċċekkja l-paġna web tal-avveniment li qed tiġi aġġornata b’mod regolari. Irreġistra qabel it-30 ta’ Mejju!

  • 11/05/2021

Avvenimenti online nazzjonali li jippromwovu l-ECI - fid-Danimarka (20 ta’ Mejju) u fl-Iżvezja (25 ta’ Mejju)

Il-Kummissjoni Ewropea nediet is-serje tagħha tal-2021 ta’ 10 avveniment online dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej b’avveniment ta’ suċċess iffukat fuq il-Ġermanja fit-28 ta’ April. Fl-20 ta’ Mejju qed nistiednu liċ-ċittadini Daniżi biex jiskopru dan l-istrument uniku ta’ demokrazija parteċipattiva u fil-25 ta’ Mejju se jkun imiss lill-Iżvezja. Se tiltaqa’ ma’ ċittadini impenjati, rappreżentanti u partijiet ikkonċernati tal-istituzzjonijiet tal-UE b’passjoni għad-demokrazija parteċipattiva. Organizzaturi attwali u preċedenti se jipparteċipaw ukoll biex jagħtu l-għarfien tagħhom. 

  • 10/05/2021

Webinar tal-Forum tal-ECI li jmiss: “L-ECI pass pass”, 18 ta’ Mejju

Ingħaqad mal-webinar “L-ECI pass pass” fit-18 ta’ Mejju għal gwida prattika dwar il-passi differenti tal-proċedura tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej -
mit-tħejjija u r-reġistrazzjoni sal-ġbir u l-verifika tal-firem u l-fażijiet ta’ sottomissjoni. Tgħallem aktar fuq il-paġna web tal-webinar.

New initiative registered
  • 21/04/2021

Ġew irreġistrati l-inizjattivi ġodda “Civil Servant Exchange Program” (Programm ta’ Skambju għall-Impjegati taċ-Ċivil) u “Green Garden Roof” (Tops Bjut b’Ġonna Ekoloġiċi)

Illum il-Kummissjoni rreġistrat żewġ inizjattivi Ewropej ġodda.

L-organizzaturi tal-inizjattiva “Civil Servant Exchange Program” jistiednu lill-Kummissjoni tvara skema li toffri lill-impjegati taċ-ċivil mill-pajjiżi tal-UE esperjenza professjonali f’servizz simili fi Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ bejn xahrejn u 12-il xahar.

L-organizzaturi tal-inizjattiva “Green Garden Roof Tops” jitolbu lill-Kummissjoni tipproponi qafas li jiffaċilita l-ħolqien ta’ ġonna ekoloġiċi fuq il-bjut tal-kumpaniji.

Hearing in EP
  • 30/03/2021

Smigħ pubbliku dwar “End the Cage Age”

Il-Parlament Ewropew se jorganizza smigħ pubbliku dwar is-6 Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess “End the Cage Age” fil-15 ta’ April mid-9.00 sa 12.00. Minħabba r-restrizzjonijiet attwali tal-COVID-19, il-laqgħa se ssir parzjalment mill-bogħod bi preżenza fiżika limitata fil-kamra, iżda se tixxandar kompletament fuq l-internet għall-pubbliku.

  • 27/03/2021

Impatt politiku dirett ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej

Illum jibda japplika r-Regolament dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari. Il-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament ġiet adottata fl-2019, wara l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Projbizzjoni tal-glifosat biex b’hekk in-nies u l-ambjent jiġu protetti mill-pestiċidi tossiċi”. Fit-30 ta’ Marzu se jsir avveniment ta’ ċelebrazzjoni bil-parteċipazzjoni tal-organizzaturi tal-ECI. 

  • 27/03/2021

Webinar “Ġbir ta’ firem għall-inizjattiva taċ-ċittadini tiegħek”

Segwi l-webinar fit-30 ta’ Marzu 2021 biex tikseb gwida prattika dwar kif tiġbor b’suċċess id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. 

Policy updates
  • 19/02/2021

Il-Kummissjoni tagħti aktar estensjonijiet lill-inizjattivi taċ-ċittadini minħabba l-pandemija tal-COVID-19

Fid-19 ta’ Frar, minħabba l-isfidi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi bi tliet xhur oħra l-inizjattivi taċ-ċittadini li kienu fil-proċess li jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ fl-1 ta’ Frar 2021. L-organizzaturi tal-inizjattivi kkonċernati ġew innotifikati mill-Kummissjoni. Aqra t-test tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

Initiative answered (successful)
  • 15/01/2021

Il-Kummissjoni Ewropea twieġeb għall-inizjattiva “Minority Safepack”

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-tweġiba tagħha għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Minority Safepack – miljun firma favur id-diversità fl-Ewropa”, il-ħames Inizjattiva li rnexxiet appoġġjata minn aktar minn miljun ċittadin mill-UE kollha. Aqra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni:

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?