
Il-kompetizzjoni tal-video “ImagineEU” għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji issa hija miftuħa! Nistiednu lill-istudenti (fl-aħħar sentejn tal-edukazzjoni sekondarja) mill-UE kollha biex joħolqu u jixxerjaw videos qosra dwar l-ideat tagħhom għal titjib konkret fl-UE, filwaqt li jibnu fuq il-kunċett tal-IĊE.
Skopri r-regoli tal-kompetizzjoni u ibgħat l-applikazzjoni tiegħek sat-13 ta’ Diċembru 2023. Tliet timijiet rebbieħa se jirbħu żjara ta’ studju ta’ jumejn fl-Istituzzjonijiet tal-UE fi Brussell.