Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

L-aħħar aħbarijiet

Initiative answered (successful)
  • 25/07/2023

Il-Kummissjoni Ewropea twieġeb għall-inizjattiva “Save Cruelty Free Cosmetics - Commit to a Europe Without Animal Testing”

Illum il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-tweġiba tagħha għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ‘Save Cruelty Free Cosmetics - Commit to a Europe Without Animal Testing’, id-disa’ inizjattiva li rnexxiet, appoġġjata minn aktar minn miljun ċittadin mill-UE kollha. L-inizjattiva ġabret aktar minn 1.2 miljun firma valida fi 21-il Stat Membru.

Aqra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni.

Fur Free Europe logo
  • 20/07/2023

Il-Kummissjoni Ewropea tilqa’ lill-organizzaturi tal-inizjattiva “Fur Free Europe”

Fl-20 ta’ Lulju 2023, l-organizzaturi tal-għaxar Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess “Fur Free Europe” iltaqgħu ma’ Vera Jourová, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Valuri u t-Trasparenza, u Stella Kyriakides, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, biex jippreżentaw l-objettivi tal-inizjattiva tagħhom f’aktar dettall. 

New initiative registered
  • 11/07/2023

Irreġistrata inizjattiva ġdida: “Nintaxxaw il-ġid kbir għall-finanzjament tat-tranżizzjoni ekoloġika u soċjali”

Fl-11 ta’ Lulju, il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata Nintaxxaw il-ġid kbir għall-finanzjament tat-tranżizzjoni ekoloġika u soċjali. Hi tappella lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi taxxa Ewropea fuq il-ġid kbir għall-benefiċċju tat-tranżizzjoni ekoloġika u soċjali.

Din hi s-sitt inizjattiva rreġistrata fl-2023. L-organizzaturi tagħha issa għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.

Initiative answered (successful)
  • 05/07/2023

It-tweġibiet tal-Kummissjoni Ewropea għall-inizjattiva “Waqqaf it-Tneħħija tal-Pinen tal-Klieb il-Baħar - Waqqaf il-Kummerċ”

Illum, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-tweġiba tagħha għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Waqqaf it-Tneħħija tal-Pinen tal-Klieb il-Baħar - Waqqaf il-Kummerċ”, it-tmien inizjattiva li rnexxiet, appoġġjata minn aktar minn miljun ċittadin mill-UE kollha.

Aqra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni.

European Parliament
  • 04/07/2023

Dibattitu dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Nippreżervaw il-Kożemtiċi li ma Jinvolvux Krudeltà” fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fl-10 ta’ Lulju 2023

Il-Membri tal-Parlament Ewropew se jiddibattu dwar id-disa’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej li rnexxiet “Nippreżervaw il-Kożemtiċi li ma Jinvolvux Krudeltà - Nimpenjaw Ruħna Għal Ewropa Mingħajr l-Ittestjar Fuq l-Annimali” fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, nhar it-Tnejn 10 ta’ Lulju filgħaxija.

Is-sessjoni plenarja tixxandar fuq l-internet u tiġi rreġistrata.

Podcast
  • 30/06/2023

Isma’ l-episodju l-ġdid tal-podcast CitizenCentral!

L-episodju l-ġdid tal-podcast CitizenCentral, “X’impatt għandhom l-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej?” jippreżenta 3 inizjattivi li rnexxew: “Projbizzjoni tal-glifosat” [Projbizzjoni tal-glifosat biex b’hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi], “End the Cage Age”, u “Right2Water” [L-ilma u s-sanità huma dritt tal-bniedem! L-ilma huwa ġid pubbliku, mhux komodità!].  

Isma’ u skopri CitizenCentral (bl-Ingliż biss) fuq  Apple PodcastsSpotifyGoogle Podcasts u SoundCloud.  

European Parliament
  • 16/06/2023

Il-Parlament Ewropew jadotta riżoluzzjoni dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Fit-13 ta’ Ġunju, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-regolamenti dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Ir-riżoluzzjoni għandha l-għan li tikkontribwixxi għar-rieżami li jmiss tal-Kummissjoni tal-ECI. Ir-riżoluzzjoni tirrikonoxxi li r-Regolament rivedut dwar l-ECI tejjeb b’mod sostanzjali l-IĊE u tirrakkomanda għadd ta’ azzjonijiet biex l-IĊE tkompli tittejjeb bħala għodda transfruntiera unika għad-demokrazija parteċipattiva.

Logo FurFreeEurope
  • 14/06/2023

L-10 inizjattiva ta’ suċċess “Fur Free Europe” ippreżentata lill-Kummissjoni Ewropea għal eżami

L-inizjattiva “Fur Free Europe” laħqet għadd rekord ta’ 1,502,319 dikjarazzjoni ta’ appoġġ ivvalidati miċ-ċittadini tal-UE, b’limiti milħuqa fi 18-il pajjiż. Dan jagħmilha l-10 inizjattiva ta’ suċċess ippreżentata lill-Kummissjoni Ewropea. L-inizjattiva ġiet sottomessa fl-14 ta’ Ġunju 2023.

L-inizjattiva tappella lill-Kummissjoni biex tintroduċi projbizzjoni fl-UE kollha fuq iż-żamma u l-qtil ta’ annimali għall-fini tal-produzzjoni tal-fer, kif ukoll fuq it-tqegħid tal-fer tal-annimali mrobbija u prodotti li fihom tali fer fis-suq tal-UE.

Il-Kummissjoni għandha sal-14 ta’ Diċmebru 2023 biex tippreżenta t-tweġiba uffiċjali tagħha, biex tiddeskrivi l-azzjonijiet li biħsiebha tieħu. Il-Kummissjoni se tiltaqa’ mal-organizzaturi biex tiddiskuti l-inizjattiva fid-dettall fil-ġimgħat li ġejjin. Imbagħad se jiġi organizzat smigħ pubbliku mill-Parlament Ewropew.

EU Democracy in Action - Have Your Say with the European Citizens' Initiative
  • 09/06/2023

Sett ta’ għodod għall-iskejjel “Id-Demokrazija tal-UE fl-Azzjoni - Semma’ Leħnek bl-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej” - issa disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE!

Is-sett ta’ għodod ta’ tagħlim li fih 4 unitajiet inħoloq bħala attività fakultattiva fil-klassi għall-istudenti fl-aħħar sentejn tal-edukazzjoni sekondarja. L-għan tiegħu huwa li jgħammar lill-istudenti bl-għarfien u l-ħiliet li jippermettulhom ikunu ċittadini attivi u impenjati tal-UE. Bħala parti minn din l-esplorazzjoni, is-sett ta’ għodod jiffoka fuq l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. 

Permezz ta’ istruzzjoni, riċerka, dibattitu, ħidma ta’ proġetti u logħob ta’ rwoli, l-istudenti jitgħallmu kif l-UE evolviet matul iż-żmien, kif l-istituzzjonijiet tal-UE jagħmlu l-liġijiet, kif dawn il-liġijiet jaffettwaw il-ħajja tagħhom ta’ kuljum, u, kif l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tippermettilhom jingħaqdu ma’ oħrajn biex isawru l-politika tal-UE dwar kwistjonijiet li jinteressawhom.  

Podcast
  • 07/06/2023

Isma’ l-episodju l-ġdid tal-podcast CitizenCentral!

Issa disponibbli: l-episodju l-ġdid ta’ podcast CitizenCentral, li jixħet dawl fuq l-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.

F’dan l-episodju nitkellmu dwar l-isforzi kontinwi biex l-IĊE ssir għarfien komuni Ewropew – li jibda mill-istudenti tal-iskola sekondarja. Is-sett ta’ għodod “Id-demokrazija tal-UE fl-Azzjoni — Semma’ Leħnek bl-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej” ġie żviluppat mill-Kummissjoni Ewropea u mmexxi fl-iskejjel sekondarji fil-bidu tal-2023.

Isma’ u skopri CitizenCentral (bl-Ingliż biss) fuq Apple PodcastsSpotifyGoogle PodcastsSoundCloud.  

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?