Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

L-aħħar aħbarijiet

New initiative registered
  • 31/05/2023

Irreġistrata inizjattiva ġdida: “Implimentazzjoni effettiva tal-kunċett ta’ preċedent ġudizzjarju fil-pajjiżi tal-UE”

Fil-31 ta’ Mejju, il-Kummissjoni rreġistrat Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) intitolata “Implimentazzjoni effettiva tal-kunċett ta’ preċedent ġudizzjarju fil-pajjiżi tal-UE”.

Hi tppella lill-Kummissjoni biex tintroduċi mekkaniżmu li jiggarantixxi r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji finali adottati mill-qrati ta’ Stati Membri oħra u li jagħti l-possibbiltà li jiġu invokati preċedenti ġudizzjarji nazzjonali deċiżi mill-qrati tal-pajjiż ikkonċernat. Il-mekkaniżmu jkun japplika għal kawżi li jikkonċernaw kwistjonijiet legali simili li għalihom il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità li tinterpreta d-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni.

Din hi l-ħames inizjattiva rreġistrata fl-2023. L-organizzaturi tagħha issa għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.

ECI Day 8 June 2023
  • 26/05/2023

Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) fit-8 ta’ Ġunju 2023 – ipparteċipa personalment jew online

Il-Jum tal-IĊE 2023, organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u s-sħab tiegħu, se jiffoka fuq il-ħiliet li l-organizzaturi jeħtieġu biex jagħmlu suċċess mill-inizjattiva tagħhom – fir-rigward tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet. Għall-konferenza se tattendi l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Valuri u t-Trasparenza Věra Jourová.

Is-sett ta’ għodod għall-iskejjel “Id-Demokrazija tal-UE fl-Azzjoni - Semma’ Leħnek bl-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej”, żviluppat mill-Kummissjoni, se jitnieda uffiċjalment fl-avveniment.

L-avveniment se jkun ibridu, bil-parteċipazzjoni personali fi Brussell jew online. Ir-reġistrazzjoni hi miftuħa sal-4 ta’ Ġunju.

European Parliament
  • 22/05/2023

Smigħ pubbliku dwar l-IĊE “Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà - nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali” fil-25 ta’ Mejju 2023

Il-Parlament Ewropew se jorganizza seduta ta’ smigħ pubblika dwar id-disa’ Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li rnexxiet “Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà - nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali” fil-25 ta’ Mejju 2023 mid-9:00 a.m. sa 12:00 p.m. L-organizzaturi se jippreżentaw l-objettivi tal-inizjattiva u se jitkellmu mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea se jipparteċipaw ukoll.

Il-laqgħa tixxandar fuq l-internet u tiġi rreġistrata.

Belgium
  • 02/05/2023

Belgian citizens can now support European citizens’ initiatives from age 16

Aħbarijiet mhux disponibbli bil-Malti iżda jistgħu jiġu tradotti awtomatikament fil-paġna "L-aħħar aħbarijiet".

Thanks to an amendment to the national provisions on European citizens’ initiative, applying as of 1 May 2023, Belgian citizens can support European citizens’ initiatives from age 16.

There are altogether six countries where it is possible to support ECIs below age 18.

New initiative registered
  • 18/04/2023

Irreġistrata l-100 inizjattiva: “Nikkollegaw il-kapitali u n-nies Ewropej kollha permezz ta’ network tal-ferroviji ta’ veloċità għolja”

Fit-18 ta’ April, il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata ‘‘Nikkollegaw il-kapitali u n-nies Ewropej kollha permezz ta’ network tal-ferroviji ta’ veloċità għolja”.  

Hija tappella għall-konnessjoni tal-bliet kapitali Ewropej kollha permezz ta’ linji ferrovjarji ta’ veloċità għolja billi jiġu konnessi n-networks ferrovjarji ta’ veloċità għolja eżistenti u billi jinbnew linji ta’ veloċità għolja fejn dawn għadhom ma jeżistux.

Din hija r-raba’ inizjattiva taċ-ċittadini rreġistrata fl-2023, u b’mod ġenerali l-100 waħda, li timmarka pass importanti mill-introduzzjoni tal-għodda fl-2012.

Initiative answered (successful)
  • 05/04/2023

Il-Kummissjoni Ewropea twieġeb l-inizjattiva “Insalvaw lin-naħal u lill-bdiewa! Lejn agrikoltura favur in-naħal għal ambjent b’saħħtu”

Illum il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ir-rispons tagħha għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Insalvaw lin-naħal u lill-bdiewa! Lejn agrikoltura favur in-naħal għal ambjent b’saħħtu”, is-seba’ inizjattiva ta’ suċċess appoġġjata minn aktar minn 1 miljun ċittadin fl-UE kollha.

Aqra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni. 

 

European Parliament
  • 24/03/2023

Smigħ pubbliku dwar “Stop Finning – Stop the trade” fis-27 ta’ Marzu 2023

Il-Parlament Ewropew se jorganizza seduta ta’ smigħ pubblika dwar it-tmien Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej Stop Finning – Stop the trade  fis-27 ta’ Marzu mit-3.00 p.m. sas-6.00 p.m. L-organizzaturi se jippreżentaw l-objettivi tal-inizjattiva u se jitkellmu mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea se jipparteċipaw ukoll.

Il-laqgħa tixxandar fuq l-internet u tiġi rreġistrata.

New initiative registered
  • 22/03/2023

Irreġistrata inizjattiva ġdida: “End The Horse Slaughter Age”

Fit-22 ta’ Marzu, il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “End The Horse Slaughter Age”.

Din tappella għal liġijiet ġodda li jipprojbixxu l-qtil taż-żwiemel, iwaqqfu t-trasport fuq distanzi twal ta’ żwiemel fl-Ewropa kollha għall-qatla u jipproteġu ż-żwiemel milli jiġu mġiegħla jagħmlu xogħol żejjed jew taħriġ iebes.

Din hija t-tielet inizjattiva reġistrata fl-2023. L-organizzaturi tagħha issa għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.

logo Save cruelty free cosmetics
  • 17/03/2023

Il-Kummissjoni Ewropea tirċievi l-organizzaturi tal-inizjattiva “Save cruelty free cosmetics - Commit to a Europe without animal testing”

Fis-17 ta’ Marzu 2023, l-organizzaturi tad-disa’ Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess “SAVE CRUELTY FREE COSMETICS - COMMIT TO A EUROPE WITHOUT ANIMAL TESTING” iltaqgħu ma’ Vera Jourová, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Valuri u t-Trasparenza, u Thierry Breton, il-Kummissarju Ewropew għas-Suq Intern, biex jippreżentaw l-objettivi tal-inizjattiva tagħhom f’aktar dettall. 

European Parliament
  • 14/03/2023

Dibattitu dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Save Bees and Farmers” fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fis-16 ta’ Marzu

Il-Membri tal-Parlament Ewropew se jiddibattu dwar is-seba’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ta’ suċċess “Save bees and farmers! Towards a bee-friendly agriculture for a healthy environment" fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, nhar il-Ħamis,16 ta’ Marzu fid-9.00.

Is-sessjoni plenarja tixxandar fuq l-internet u tiġi rreġistrata.

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?