Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

L-aħħar aħbarijiet

Podcast
  • 15/12/2021

Isma’ l-ħames episodju tal-Podcast CitizenCentral!

Il-ħames episodju tas-sensiela podcast dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, CitizenCentral, issa hu live fuq Apple PodcastsSpotifyGoogle Podcasts u SoundCloud.

F’dan l-episodju, intitolat “Konsumaturi kuxjenzjużi – iltaqa’ mal-Ewropej fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima b’modi kreattivi”, l-ECIs ippreżentati li għaddejjin bħalissa huma Ban Fossil Fuel Ads u European EcoScore. Tista’ tisma’ wkoll minn esperti u attivisti fl-oqsma rilevanti.

New initiative registered
  • 14/12/2021

Il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar talbiet għar-reġistrazzjoni ta’ żewġ Inizjattivi ġodda taċ-Ċittadini Ewropej

Illum, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirreġistra Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej intitolata “The Green VAT - VAT Ekoloġiku tal-UE biex jistimula prodotti u servizzi sostenibbli u ekoloġiċi”. L-organizzaturi tal-inizjattiva jappellaw lill-Kummissjoni biex tipproponi att legali bil-għan li “titnaqqas ir-rata tal-VAT għal prodotti u servizzi ekoloġiċi”.

Illum ukoll, il-Kummissjoni kellha tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-“inizjattiva EVE għall-ħolqien tad-dritt ta’ deċiżjoni”. Dan ir-rifjut, l-ewwel mill-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda f’Jannar 2020, segwa proċedura f’żewġ stadji. Fl-ewwel stadju, l-organizzaturi ġew mistiedna jemendaw l-inizjattiva inizjali tagħhom, filwaqt li jqisu l-ewwel valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Podcast
  • 02/12/2021

Ir-raba’ episodju tal-podcast CitizenCentral hu disponibbli

Ir-raba’ episodju tas-sensiela tal-podcast dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, CitizenCentral, issa jinsab disponibbli fuq Apple PodcastsSpotifyGoogle Podcasts u SoundCloud.

F’dan l-episodju, relatat mad-drittijiet fundamentali u soċjali, l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej li jinsabu għaddejjin li se jidhru fuq il-podcast huma Inizjattiva tas-soċjetà ċivili għal projbizzjoni fuq il-prattiki ta’ sorveljanza bijometrika tal-massa u Bidu ta’ Introjtu Bażiku Mingħajr Kondizzjonijiet (UBI) fl-UE kollha. Tista’ tisma’ wkoll minn speċjalista tal-etika u tad-drittijiet tat-teknoloġija, ġurnalist investigattiv u espert tal-Futur tax-Xogħol.

 

  • 29/10/2021

Workshop on sources of funding for ECIs - 10 November 2021, 14:00-16:30 CET

Aħbarijiet mhux disponibbli bil-Malti iżda jistgħu jiġu tradotti awtomatikament fil-paġna "L-aħħar aħbarijiet".

Workshop for (potential) organisers of European citizens’ initiatives, to discover how to find funds for the initiative, how to report donations and to gather tips for fundraising strategy.

Workshop organised by Democracy International, under subcontract of the European Commission.

10 November, 14:00-16:30 CET. Register here.

Podcast
  • 29/10/2021

Podcast CitizenCentral: Isma’ t-tielet episodju!

It-tielet episodju tas-sensiela ta’ podcasts ġdida dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, CitizenCentral, issa hi disponibbli fuq Apple PodcastsSpotifyGoogle Podcasts u SoundCloud.

F’dan l-episodju, li jkopri suġġetti ambjentali fuq l-art u fil-baħar, hemm żewġ Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej li għaddejjin bħalissa: “Stop Finning – Stop the trade” (“Waqqaf it-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar – Waqqaf il-kummerċ”) u “Green Garden Roof Tops” (“Bjut b’Ġonna Ekoloġiċi”) . Tista’ tisma’ wkoll minn rappreżentant ta’ inizjattiva magħluqa “Grow Scientific Progress: crop materials” (“Inkabbru l-progress xjentifiku: l-għelejjel huma importanti!”) jew bijologi tal-baħar.

 

Logo CallToAction
  • 27/10/2021

Irreġistrata inizjattiva ġdida: “Sejħa għal Azzjoni – Protezzjoni ambjentali fil-politiki kollha”

Illum il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva ġdida taċ-ċittadini Ewropej, intitolata “Call to Action – Environmental protection in all policies” (Sejħa għal Azzjoni – Protezzjoni ambjentali fil-politiki kollha).

Din hi l-għaxar inizjattiva rreġistrata fl-2021. L-organizzaturi tagħha issa għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.

 

Podcast
  • 26/10/2021

Podcast CitizenCentral: it-tieni episodju hu disponibbli!

It-tieni episodju tas-sensiela ġdida ta’ podcasts dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, CitizenCentral, għadu kif inħareġ fuq Apple Podcasts, Spotify, Google Podcasts u SoundCloud.

Is-sensiela “CitizenCentral” titfa’ dawl fuq in-nies wara l-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej. L-organizzaturi, l-esperti tal-politika u ċ-ċittadini jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar is-suġġetti mqajmin minn diversi inizjattivi.

Fit-tieni episodju tisma’ mill-organizzaturi tal-Programm ta’ Skambju ta’ Servizzi Ċivili (CSEP) u l-inizjattivi tal-Votanti Mingħajr Fruntieri u kelliema oħrajn li jieħdu ħsieb il-parteċipazzjoni fid-demokrazija.

 

  • 25/10/2021

Il-kors online dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej issa huwa miftuħ

Il-kors onlinedwar il-Ħiliet Essenzjali għall-Organizzaturi tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej issa hu miftuħ fuq l-Akkademja tal-UE Huwa jiffoka fuq aspetti prattiċi tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u jagħti lill-utenti l-opportunità li jitgħallmu dwar il-proċess u l-prattika tal-iżvilupp ta’ inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej li rnexxew, taħt il-gwida ta’ esperti stabbiliti. mat-tlestija tal-kors, il-parteċipanti jirċievu ċertifikat. Il-kors huwa offrut b’xejn u huwa miftuħ sal-10 ta’ Diċembru 2021.

Logo Stop5G
  • 07/10/2021

Irreġistrata inizjattiva ġdida: “Stop (((5G))) - Stay Connected but Protected” (“Waqqfu l-(((5G))) - Nibqgħu Konnessi imma Protetti”)

Illum il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva ġdida taċ-ċittadini Ewropej “Stop (((5G))) - Stay Connected but Protected” (“Waqqfu l-(((5G))) - Nibqgħu Konnessi imma Protetti”).

Din hi d-disa’ inizjattiva rreġistrata fl-2021.

 

  • 05/10/2021

Webinar: 'The European Citizens’ Initiative and how to collect signatures', 7 October 2021

Aħbarijiet mhux disponibbli bil-Malti iżda jistgħu jiġu tradotti awtomatikament fil-paġna "L-aħħar aħbarijiet".

Join ECI Forum experts and the ECI organisers Helmut Burtscher-Schaden ('Save bees and farmers!) and Attila Dabis (‘Cohesion policy for the equality of regions and sustainability of regional cultures’) to learn more about collecting statements of support for a European citizens' initiative. The webinar will also allow participants to learn more about the European Citizens’ Initiative as a tool to impact European public policy making. Find out more on the event webpage.

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?