![Logo WinItOnThePitch](https://citizens-initiative.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2022-10/Capture%20d%C3%A2__%C3%83%C2%A9cran%202022-03-24%20%C3%83%C2%A0%2012.16.21-min.png?itok=MtSaJd9j)
Irreġistrata inizjattiva ġdida: “Win It On the Pitch”
Fit-2 ta’ Frar 2022 il-Kummissjoni rreġistrat l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej intitolata “Win It On The Pitch”. L-organizzaturi tal-inizjattiva jistiednu lill-Kummissjoni tipproteġi l-mudell Ewropew tal-isport, li huwa bbażat fuq il-valuri, is-solidarjetà, is-sostenibbiltà u l-kompetizzjoni miftuħa.
Din hija l-ewwel inizjattiva rreġistrata fl-2022, u s-17-il waħda mindu bdew japplikaw ir-regoli l-ġodda fl-1 ta’ Jannar 2020. L-organizzaturi tagħha issa għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.