COVID-19: Proposta tal-Kummissjoni dwar il-limiti ta’ żmien għall-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej
Il-Kummissjoni Ewropea llum adottat proposta għal Regolament li jippermetti li jiġu estiżi l-limiti ta’ żmien għall-fażijiet ta’ ġbir, verifika u eżami applikabbli għall-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.
Fir-rigward tal-fażi ta’ ġbir b’mod partikolari, hija proposta estensjoni ta’ 6 xhur għall-perjodu eżistenti ta’ 12-il xahar għall-inizjattivi li l-ġbir ta’ firem tagħhom kien għaddej fil-jum li l-COVID-19 ġie ddikjarat bħala pandemija mid-WHO (11 ta’ Marzu 2020).
It-test finali ta’ dan ir-Regolament se jsir applikabbli ladarba jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.