Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

L-aħħar aħbarijiet

Logo StopTradeWithSettlements
  • 08/09/2021
Irreġistrata inizjattiva ġdida: “L-iżgurar tal-Konformità tal-Politika Kummerċjali Komuni mat-Trattati tal-UE u l-konformità mal-liġi internazzjonali”

Illum, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tirreġistra inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “L-iżgurar tal-Konformità tal-Politika Kummerċjali Komuni mat-Trattati tal-UE u l-konformità mal-liġi internazzjonali”.

L-organizzaturi tal-inizjattiva jappellaw lill-Kummissjoni biex “tipproponi atti legali bbażati fuq il-Politika Kummerċjali Komuni biex tipprevjeni lill-entitajiet legali tal-UE kemm milli jimportaw prodotti li joriġinaw minn residenzi fit-tul illegali f’territorji okkupati kif ukoll milli jesportaw lejn territorji bħal dawn, sabiex tiġi ppreservata l-integrità tas-suq intern u biex ma tgħinx jew tassisti ż-żamma ta’ tali sitwazzjonijiet illegali.

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-inizjattiva tistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal att legali skont il-Politika Kummerċjali Komuni, li hija ġenerali fin-natura tagħha u li ma timmirax pajjiż jew territorju speċifiku.

 

Logo ReturnThePlastics
  • 13/08/2021
Irreġistrata inizjattiva ġdida: “ReturnthePlastics: Inizjattiva taċ-Ċittadini biex tiġi implimentata sistema ta’ depożitu fl-UE kollha sabiex jiġu riċiklati l-fliexken tal-plastik”

 

Il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ġdida “ReturnthePlastics: Inizjattiva taċ-Ċittadini biex tiġi implimentata sistema ta’ depożitu fl-UE kollha sabiex jiġu riċiklati l-fliexken tal-plastik”.

L-organizzaturi ta' "ReturnthePlastics: Inizjattiva taċ-Ċittadini biex tiġi implimentata sistema ta’ depożitu fl-UE kollha sabiex jiġu riċiklati l-fliexken tal-plastik" tistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta biex:

  • timplimenta sistema ta’ depożitu fl-UE kollha għar-riċiklaġġ tal-fliexken tal-plastik,
  • toħloq inċentiv għall-Istati Membri kollha tal-UE biex dawn jiżguraw li l-katini tas-supermarkets li jbigħu l-fliexken tal-plastik jinstallaw magni awtomatiċi inversi għar-riċiklaġġ tal-fliexken tal-plastik wara li jkunu nxtraw u ntużaw mill-konsumatur, u
  • iġġiegħel lill-kumpaniji li jipproduċu l-fliexken tal-plastik iħallsu t-taxxi fuq il-plastik għas-sistema tar-riċiklaġġ u tad-depożitu tal-fliexken tal-plastik (skont il-prinċipju li min iniġġes ikollu jħallas).

Din hi s-seba’ inizjattiva ġdida li ġiet irreġistrata fl-2021.

Policy updates
  • 15/07/2021
Il-Viċi President tal-Kummissjoni Jourová tiddibatti s-segwitu għal ECIs li rnexxew fil-Parlament Ewropew

Fil-15 ta’ Lulju, Věra Jourová, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Valuri u t-Trasparenza, ipparteċipat fi skambju ta’ fehmiet mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Is-suġġett kien: is-segwitu għall-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej li rnexxew.

Il-Viċi President iddeskriviet il-passi li jmiss għall-inizjattiva “End the Cage Age”, kif ukoll l-azzjonijiet meħuda fuq l-inizjattivi preċedenti mwieġba. Hija wieġbet fid-dettall għall-mistoqsijiet u l-kummenti li saru mill-Membri. Ara r-recording hawnhekk.

 

New initiative registered
  • 30/06/2021
Irreġistrati inizjattivi ġodda: “Ecoscore Ewropew” (European EcoScore) u “Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà - Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali” (Save cruelty-free cosmetics - Commit to a Europe without animal testing)

Illum il-Kummissjoni rreġistrat żewġ inizjattivi Ewropej ġodda.

“Ecoscore Ewropew”

L-organizzaturi tal-inizjattiva “Ecoscore Ewropew” jappellaw lill-Kummissjoni biex tipproponi “ecoscore Ewropew affidabbli” – tikketta obbligatorja li tipprovdi lill-konsumaturi b’informazzjoni dwar l-impatt ambjentali tal-prodotti manifatturati jew mibjugħa fis-suq tal-UE. It-tikketta tkun ibbażata fuq kalkolu standardizzat, li jibda mill-ikel u l-ħwejjeġ iżda fl-aħħar mill-aħħar jimmira li jkopri t-tipi kollha ta’ prodotti.

“Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà - Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali”

L-organizzaturi tal-inizjattiva “Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà - Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali” jappellaw lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni, li ssaħħaħ u twessa’ l-projbizzjonijiet eżistenti tal-UE dwar l-ittestjar fuq l-annimali għall-prodotti kożmetiċi u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ingredjenti ttestjati fuq l-annimali. Il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi wkoll pjan direzzjonali għat-tneħħija gradwali tal-ittestjar kollu fuq l-annimali qabel tmiem il-mandat attwali tal-Kummissjoni.

B’dawn iż-żewġ reġistrazzjonijiet, l-għadd ta’ inizjattivi ġodda rreġistrati fl-ewwel nofs tal-2021 huwa 6.

Logo BanFossilFuelAds
  • 16/06/2021
Irreġistrata inizjattiva ġdida: “Projbizzjoni ta’ Reklamar u Sponsorships tal-Karburanti Fossili” (Ban Fossil Fuel Advertising and Sponsorship)

Illum, il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva ġdida taċ-ċittadini Ewropej.

L-organizzaturi tal-inizjattiva “Projbizzjoni ta' Reklamar u Sponsorships tal-Karburanti Fossili” jistiednu lill-Kummissjoni biex tipproponi projbizzjoni fuq ir-reklamar u l-isponsorjar li jappoġġjaw u jippromwovu s-suq tal-karburantì fossili u kull tip ta’ vettura li tuża dawk il-karburanti (minbarra l-vetturi ddedikati għas-servizzi tat-trasport ta’ interess ekonomiku ġenerali).

Din hija r-raba’ inizjattiva rreġistrata fl-2021.

 

  • 11/06/2021
Il-Parlament Ewropew jadotta r-riżoluzzjoni dwar “End the Cage Age”.

Fir-riżoluzzjoni tagħhom dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “End the Cage Age”, il-Membri tal-Parlament Ewropew jitolbu lill-Kummissjoni biex toħroġ bi proposti leġiżlattivi biex tipprojbixxi l-biedja fil-gaġeġ fl-UE, possibbilment diġà sal-2027, wara perjodu xieraq ta’ tranżizzjoni u wara li tkun twettqet valutazzjoni xjentifika soda tal-impatt.

Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata fl-10 ta’ Ġunju b’558 vot favur u b’37 vot kontra, u b’85 astensjoni.

Ara r-reġistrazzjoni tad-dibattitu fis-sessjoni plenarja fis-sit web tal-PE.

 

  • 04/06/2021
Avvenimenti online li jippromwovu l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej – fl-Irlanda (16 ta’ Ġunju) u fil-Lussemburgu (18 ta’ Ġunju)

Fis-16 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni Ewropea qed tistieden liċ-ċittadini biex jiskopru l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej - b’enfasi fuq l-Irlanda - u fit-18 ta’ Ġunju se jkun imiss il-Lussemburgu. Biex dawn l-avvenimenti jilħqu aktar nies u bis-saħħa tal-format diġitali, iċ-ċittadini minn pajjiżi oħra tal-UE jistgħu jissieħbu wkoll.

Iċċekkja d-dati tal-avvenimenti li ġejjin fuq is-sit web tagħna. Hemm ukoll disponibbli recordings mill-avvenimenti b’enfasi il-Ġermanja, id-Danimarka u l-Iżvezja.

Policy updates
  • 03/06/2021
Estensjoni oħra lil sitt inizjattivi taċ-ċittadini minħabba l-pandemija tal-COVID-19

Fit-3 ta’ Ġunju, minħabba l-isfidi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi bi 3 xhur oħra sitt inizjattivi taċ-ċittadini li bħalissa jinsabu fil-proċess li jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ. Sitt inizjattivi oħra li għalihom il-ġbir għadu għaddej diġà bbenefikaw minn estensjoni massima ta’ 12-il xahar bl-estensjonijiet preċedenti li ngħataw f’Lulju 2020, f’Diċembru 2020 u fi Frar ta’ din is-sena. L-organizzaturi tal-inizjattivi kkonċernati ġew innotifikati mill-Kummissjoni. Aqra t-test tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

 

Logo ECIDay2021
  • 19/05/2021
Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej - avveniment online bejn it-3 u l-4 ta’ Ġunju

L-10 edizzjoni tal-Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej se ssir online bejn it-3 u l-4 ta’ Ġunju. Huwa organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew f’kooperazzjoni mal-imsieħba istituzzjonali u tas-soċjetà ċivili.

Il-Ħamis, it-3 ta’ Ġunju se jkun jum sħiħ ta’ dibattiti dwar l-istrument tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, li se jiffukaw fuq aspetti ewlenin biex l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej issir aktar b’saħħitha u tissaħħaħ id-demokrazija parteċipattiva fil-livell tal-UE.
Il-programm se jinkludi wkoll sessjonijiet ta’ ħidma mmirati lejn l-organizzaturi tal-inizjattivi, u se jkopri kwistjonijiet bħall-kampanji online u l-ġbir ta’ fondi.
Fl-4 ta’ Ġunju, l-organizzaturi ta’ inizjattivi li għaddejjin bħalissa se jingħataw il-kelma biex jippreżentaw l-inizjattivi tagħhom.
Għal aktar informazzjoni dwar il-programm, il-kelliema u s-sessjonijiet ta’ ħidma, jekk jogħġbok iċċekkja l-paġna web tal-avveniment li qed tiġi aġġornata b’mod regolari. Irreġistra qabel it-30 ta’ Mejju!

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?