
Il-Parlament Ewropew se jorganizza seduta ta’ smigħ pubblika dwar l-għaxar Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li kisbet suċċess “Fur Free Europe” fit-12 ta’ Ottubru 2023 mid-9.00 a.m. sat-12.00 p.m. L-organizzaturi se jippreżentaw l-objettivi tal-inizjattiva u se jiddiskutuhom mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea se jipparteċipaw ukoll.
Il-laqgħa tixxandar fuq l-internet u tiġi rekordjata.