
Fit-28 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bit-titlu “Fokus fuq Diżabbiltajiet Speċifiċi tat-Tagħlim fuq Livell tal-UE”.
Hi tappella lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal linji gwida komuni dwar kif jiġu identifikati u indirizzati d-diżabbiltajiet fit-tagħlim (jiġifieri d-dislessija, id-diskalkulja, id-disgrafija), biex tiġi żgurata integrazzjoni aħjar tal-persuni b’tali diżabbiltajiet fis-sistema edukattiva, anke meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu.
Din hi t-tmin inizjattiva rreġistrata fl-2022. L-organizzaturi tagħha issa għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.





