
It-tieni episodju tas-sensiela ġdida ta’ podcasts dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, CitizenCentral, għadu kif inħareġ fuq Apple Podcasts, Spotify, Google Podcasts u SoundCloud.
Is-sensiela “CitizenCentral” titfa’ dawl fuq in-nies wara l-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej. L-organizzaturi, l-esperti tal-politika u ċ-ċittadini jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar is-suġġetti mqajmin minn diversi inizjattivi.
Fit-tieni episodju tisma’ mill-organizzaturi tal-Programm ta’ Skambju ta’ Servizzi Ċivili (CSEP) u l-inizjattivi tal-Votanti Mingħajr Fruntieri u kelliema oħrajn li jieħdu ħsieb il-parteċipazzjoni fid-demokrazija.







