Il-kors online dwar il-Ħiliet Essenzjali għall-Organizzaturi tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej huwa disponibbli fl-Akkademja tal-UE.
Huwa jiffoka fuq aspetti prattiċi tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u jagħti lill-utenti l-opportunità li jitgħallmu dwar il-proċess u l-prattika tal-iżvilupp ta’ inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej li rnexxew, taħt il-gwida ta’ esperti stabbiliti. Mat-tlestija tal-kors, il-parteċipanti jirċievu ċertifikat. Il-kors huwa offrut bla ħlas.