
F’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-IĊE, l-organizzaturi ta’ “Projbizzjoni ta’ prattiki ta’ konverżjoni fl-Unjoni Ewropea” ngħataw l-opportunità jispjegaw l-objettivi tal-inizjattiva tagħhom fid-dettall. Dawn intlaqgħu fit-12 ta’ Diċembru 2025 mill-Kummissarju għall-Ugwaljanza Hadja Lahbib u mill-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea.








