Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

L-aħħar aħbarijiet

Physical event (3rd party)
  • 31/10/2025
Sessjoni ta’ ħidma: Nagħtu s-setgħa liċ-Ċittadini: Insaħħu l-Involviment għal Futur tal-UE Reżiljenti”

Fis-Summit dwar l-Affarijiet Pubbliċi ta’ din is-sena fi Brussell, il-workshop “Nagħtu s-setgħa liċ-Ċittadini: Insaħħu l-Involviment għal Futur tal-UE Reżiljenti” se jħares lejn kif iċ-ċittadini jista’ jkollhom rwol aktar b’saħħtu fit-tfassil tad-deċiżjonijiet tal-UE, inkluż bl-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Il-kelliema jinkludu David Knight, Assistent tal-Politika fit-tim tal-Kummissarju Maroš Šefčovič u Elisa Lironi, Viċi Direttur Eżekuttiv fl-ECAS.

Il-Ħamis, 6 ta’ Novembru 2025, 12:00 (CET)

EU flag, with a symbol and name of the European Parliament
  • 31/10/2025
Smigħ pubbliku dwar “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi: għal Abort Sikur u Aċċessibbli” fit-2 ta’ Diċembru 2025

Il-Parlament Ewropew se jżomm seduta ta’ smigħ pubblika dwar it-12-il Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi: għal Abort Sikur u Aċċessibbli” fit-2 ta’ Diċembru. L-organizzaturi se jippreżentaw l-objettivi tal-inizjattiva u jinvolvu ruħhom mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea se jipparteċipaw ukoll.

Il-laqgħa tixxandar fuq l-internet u tiġi rreġistrata. 

Visit of the organisers of European Citizens' Initiative "My Voice, My Choice: For Safe and Accessible Abortion", to the European Commission
  • 01/10/2025
Il-Kummissjoni Ewropea tirċievi lill-organizzaturi tat-12-il inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ta’ suċċess

F’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-IĊE, l-organizzaturi tat-tnax-il inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ta’ suċċess “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi: Għal Abort Skur u Aċċessibbli” ingħataw l-opportunità li jispjegaw l-objettivi tal-inizjattiva tagħhom fid-dettall. Dawn intlaqgħu fl-1 ta’ Ottubru 2025 mill-Kummissarju għall-Ugwaljanza Hadja Lahbib u mill-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea.

Icon of paper with list and checkmarks and big 'X' indicating refused
  • 29/09/2025
Il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar talba għar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva ġdida

Fid-29 ta’ Settembru, il-Kummissjoni kellha tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva “Għażla etika tar-rappreżentanti Ewropej”. L-inizjattiva ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet formali stabbiliti fir-Regolament dwar l-IĊE.

Dan huwa t-tieni rifjut minn meta beda japplika r-Regolament il-ġdid dwar l-IĊE f’Jannar 2020.

Initiative answered (successful)
  • 03/09/2025
It-tweġibiet tal-Kummissjoni Ewropea għall-inizjattiva “Politika ta’ koeżjoni għall-ugwaljanza bejn ir-reġjuni u s-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali”

Illum il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-tweġiba tagħha għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej Politika ta’ koeżjoni għall-ugwaljanza tar-reġjuni u s-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali, il-ħdax-il inizjattiva ta’ suċċess appoġġata minn aktar minn 1 miljun ċittadin madwar l-UE. L-inizjattiva ġabret aktar minn 1.2 miljun firma valida u laħqet il-limiti meħtieġa fi 8 Stati Membri.

Aqra l- komunikazzjoni tal-Kummissjoni.

 

An image of a badge with "1M" in it
  • 01/09/2025
It-12-il inizjattiva valida "My Voice, My Choice: Għal Abort Sikur u Aċċessibbli” ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni għall-eżaminazzjoni

Fl-1 ta’ Settembru 2025, l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “My Voice, My Choice: Għal Abort Sikur u Aċċessibbli” ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni Ewropea, u b’hekk saret it-12-il inizjattiva ta’ suċċess li se tiġi eżaminata mill-Kummissjoni. L-inizjattiva kisbet 1,124,513 dikjarazzjoni valida ta’ appoġġ miċ-ċittadini tal-UE, biex qabżet il-minimu meħtieġ ta’ miljun dikjarazzjoni valida ta’ appoġġ u laħqet il-limiti fi 19-il Stat Membru.

L-organizzaturi tal-inizjattiva jitolbu lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta għall-appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jwettqu terminazzjoni sikura tat-tqala fl-Ewropa għal kull min m’għandux aċċess għal abort sikur u legali.

Il-Kummissjoni għandha sat-2 ta’ Marzu 2026 biex tippreżenta t-tweġiba uffiċjali tagħha, biex tiddeskrivi l-azzjonijiet li biħsiebha tieħu, jekk ikun hemm. Il-Kummissjoni se tiltaqa’ mal-organizzaturi biex tiddiskuti l-inizjattiva fid-dettall fil-ġimgħat li ġejjin. Imbagħad se jiġi organizzat smigħ pubbliku mill-Parlament Ewropew.

Logo of Fur Free Europe
  • 01/08/2025
Segwitu għall-IĊE ta’ suċċess “Fur Free Europe” 

Fit-tweġiba tagħha għall-inizjattiva “Fur Free Europe”, ippreżentata f'Diċembru 2023, il-Kummissjoni tat l-inkarigu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA, European Food Safety Authority) biex tipprovdi opinjoni xjentifika dwar il-benesseri tal-annimali mrobbija għall-fer. L-opinjoni tal-EFSA ġiet ippubblikata fit-30 ta’ Lulju 2025. Filwaqt li tkompli tibni fuq dan il-kontribut xjentifiku, u fuq valutazzjoni tal-impatti ekonomiċi u soċjali, il-Kummissjoni se tikkomunika l-aktar azzjoni ta’ segwitu xierqa għall-inizjattiva f’Mejju 2026. 

 

New initiative registered
  • 16/07/2025
Irreġistrata inizjattiva ġdida: “Save your right, save your flight!” (Aqbeż għal drittijietek; titlifx it-titjira!)

Fis-16 ta’ Lulju, il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Save your right, save your flight!”.

Din issejjaħ biex jitneħħa t-tibdil li jimmina d-drittijiet tal-passiġġieri u l-ħarsien tal-“limiti ta’ eliġibbiltà kurrenti għall-kumpens” għall-passiġġieri tal-ajru.

L-organizzaturi tal-inizjattiva għandhom sitt xhur biex iniedu l-ġbir tal-firem.

New initiative registered
  • 08/07/2025
Irreġistrata inizjattiva ġdida: “L-Ikel huwa Dritt tal-Bniedem għal Kulħadd! Il-garanzija ta’ sistemi tal-ikel tajbin għas-saħħa, ġusti u sostenibbli”. 

Fit-8 ta’ Lulju l-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “L-Ikel huwa Dritt tal-Bniedem għal Kulħadd! Il-garanzija ta’ sistemi tal-ikel tajbin għas-saħħa, ġusti u sostenibbli”.

L-inizjattiva tappella lill-Kummissjoni biex tipproponi jew temenda leġiżlazzjoni f’diversi oqsma, bl-għan li “d-dritt għall-ikel isir realtà” u tintegrah fil-qafas legali tal-UE li għandu impatt fuq id-dritt għall-ikel.

L-organizzaturi tal-inizjattiva għandhom sitt xhur biex iniedu l-ġbir tal-firem.  

Flag of Finalnd - blue cross on white backgrond
  • 03/07/2025
Iċ-ċittadini Finlandiżi issa jistgħu jiffirmaw l-IĊE mill-età ta’ 16-il sena

Mill-1 ta’ Lulju 2025, l-età legali biex tiġi iffirmata inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej fil-Finlandja tnaqqset għal 16-il sena.  Issa huwa possibbli li tiġi ffirmata inizjattiva taħt l-età ta’ 18-il sena f’seba’ pajjiżi tal-UE. Ara r-rekwiżiti tad-data għal kull pajjiż. 

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?