
Fis-16 ta’ Marzu 2022 il-Kummissjoni rreġistrat l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej intitolata “Fur Free Europe”. Hija tappella lill-Kummissjoni biex tintroduċi projbizzjoni fl-UE kollha fuq iż-żamma u l-qtil ta’ annimali għall-fini tal-produzzjoni tal-fer, u biex tintroduċi l-istess projbizzjoni fuq it-tqegħid ta’ tali fer u prodotti li fihom tali fer fis-suq tal-UE.
Din hija t-tieni inizjattiva rreġistrata fl-2022. L-organizzaturi tagħha issa għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.





