Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

L-aħħar aħbarijiet

Podcast
  • 19/12/2022

Isma’ l-episodju l-ġdid tal-podcast CitizenCentral!

Issa disponibbli:  l-episodju l-ġdid tal-podcast CitizenCentral, li jinkludi organizzaturi ta’ inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej, esperti u kelliema oħra.

Fil-kapitlu 3, ingħaqad magħna f’konverżazzjoni ma’ tliet organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, min-Netherlands, Franza u d-Danimarka, li ppreżentaw l-inizjattivi “Good Clothes, Fair Pay”, “Win it on the Pitch” u “Stop 5G – Stay Connected but Protected”.

Isma’ u skopri CitizenCentral (bl-Ingliż biss) fuq Apple PodcastsSpotifyGoogle Podcasts u SoundCloud.
 

Meeting with EC
  • 25/11/2022

Il-Kummissjoni Ewropea tilqa’ lill-organizzaturi tal-inizjattiva “Insalvaw lin-naħal u lill-bdiewa!”

Fil-25 ta’ Novembru, l-organizzaturi tal-inizjattiva “Insalvaw lin-naħal u lill-bdiewa! Lejn agrikoltura favur in-naħal għal ambjent b’saħħtu” iltaqgħu mal-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza Věra Jourová u mal-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari Stella Kyriakides, biex jippreżentaw l-ideat tagħhom aktar fil-fond. 

New initiative registered
  • 22/11/2022

Irreġistrata inizjattiva ġdida: “Jum Ewropew ta’ ‘Whatever it Takes’”

Fit-22 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bit-titlu Jum Ewropew ta’ ‘Whatever it Takes’”.

Din tappella għall-istituzzjonalizzazzjoni tal-Jum Ewropew ta’ “Whatever it Takes” b’referenza għad-dikjarazzjoni mill-eks President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi fis-26 ta’ Lulju 2012, bħala att simboliku ta’ pan-Ewropeaniżmu.

Din hi l-għaxar inizjattiva rreġistrata fl-2022. L-organizzaturi tagħha issa għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.

Judicial updates-court cases
  • 09/11/2022

Sentenza tal-Qorti dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bi tweġiba għall-IĊE “Minority SafePack” (Kawża T-158/21)

Fid-9 ta’ Novembru, il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li ddikjarat li ebda leġiżlazzjoni oħra ma kienet meħtieġa f’dak l-istadju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija mill-IĊE “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa”. Hi ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti (il-grupp ta’ organizzaturi tal-IĊE) intiż għall-annullament ta’ din il-komunikazzjoni.

Il-Qorti tqis li l-azzjonijiet diġà meħudin mill-Unjoni Ewropea sabiex tenfasizza l-importanza tal-lingwi reġjonali jew minoritarji u sabiex tippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika hi biżżejjed sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ din l-inizjattiva.

Il-Qorti ssib li l-Kummissjoni osservat l-obbligi ta’ motivazzjoni tagħha fir-rigward tal-komunikazzjoni kkontestata. Hi kkonfermat ukoll li l-Kummissjoni ma wettqet ebda żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-eżami tal-proposti ta’ din l-IĊE.

Logo VeganMeal
  • 18/10/2022

Irreġistrata inizjattiva ġdida: “Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej dwar ikel vegan”

Fit-18 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej dwar ikel vegan”.

Din tappella lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta ta’ liġi li tirrikjedi li l-alternattiva vegana ssir dejjem preżenti fl-ispazji privati u pubbliċi li jbigħu l-ikel u x-xorb fl-Ewropa.

Din hi l-95 inizjattiva reġistrata mill-2012. L-organizzaturi tagħha issa għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.

Initiative submitted to the EC
  • 10/10/2022

L-IĊE “Insalvaw lin-naħal u lill-bdiewa! Lejn agrikoltura favur in-naħal għal ambjent b’saħħtu”, ippreżentata lill-Kummissjoni Ewropea, kienet suċċess.

“Insalvaw lin-naħal u lill-bdiewa! Lejn agrikoltura favur in-naħal għal ambjent b’saħħtu“ saret is-seba’ Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) li rnexxiet. Hija laħqet 1,054,973 dikjarazzjoni ta’ appoġġ ivvalidata miċ-ċittadini tal-UE, b’livelli limitu milħuqa f’11-il pajjiż.

L-inizjattiva tappella lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri legali biex sal-2035 jitneħħew ftit ftit il-pestiċidi sintetiċi, ħalli titreġġa lura l-bijodiversità u jingħata appoġġ lill-bdiewa f’din it-tranżizzjoni.

Il-Kummissjoni se tiltaqa’ mal-organizzaturi biex tiddiskuti l-inizjattiva fid-dettall fil-ġimgħat li ġejjin. Imbagħad se jiġi organizzat smigħ pubbliku mill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha sas-7 ta’ April 2023 biex tippreżenta t-tweġiba uffiċjali tagħha, biex tiddeskrivi l-azzjonijiet li biħsiebha tieħu.

Logo FocusOnSpecificLearningDisabilities
  • 28/09/2022

Irreġistrata inizjattiva ġdida: “Attenzjoni fuq Diżabbiltajiet Speċifiċi tat-Tagħlim fil-Livell tal-UE”

Fit-28 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bit-titlu “Fokus fuq Diżabbiltajiet Speċifiċi tat-Tagħlim fuq Livell tal-UE”.

Hi tappella lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal linji gwida komuni dwar kif jiġu identifikati u indirizzati d-diżabbiltajiet fit-tagħlim (jiġifieri d-dislessija, id-diskalkulja, id-disgrafija), biex tiġi żgurata integrazzjoni aħjar tal-persuni b’tali diżabbiltajiet fis-sistema edukattiva, anke meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu.

Din hi t-tmin inizjattiva rreġistrata fl-2022. L-organizzaturi tagħha issa għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.

 

Podcast
  • 20/09/2022

Listen to the new season of CitizenCentral podcast!

Aħbarijiet mhux disponibbli bil-Malti iżda jistgħu jiġu tradotti awtomatikament fil-paġna "L-aħħar aħbarijiet".

CitizenCentral podcast returns for a second season of conversations with organisers of European citizens’ initiatives, experts and other speakers.

In chapter 1, we talk to the organisers of ‘ReturnThePlastics’ and ‘Green VAT’ initiatives, taking different approaches to sustainability and consumer behaviour, as well as three climate and sustainability experts across the EU.

In chapter 2, we check how the European youth feels about voting, EU policymaking, citizen activism and the European Citizens’ Initiative, and we talk to the (young) organisers of the ‘Ending the aviation fuel tax exemption in Europe’ initiative.

Tune in and discover CitizenCentral (in English only) on Apple Podcasts, Spotify, Google Podcasts & SoundCloud.

Share your views on the 'CitizenCentral' podcast in this survey.

  • 15/09/2022

Newsletter ta’ kull xahar dwar l-ECI – issa bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE

In-Newsletter ta’ kull xahar dwar l-ECI tgħin lill-qarrejja jibqgħu infurmati dwar l-aħħar żviluppi li jikkonċernaw l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Miktuba bl-Ingliż u disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE permezz ta’ servizz tat-traduzzjoni awtomatizzata.

Tista’ tabbona hawnhekk u tara l-edizzjonijiet preċedenti hawnhekk.

New initiative registered
  • 07/09/2022

Ġew irreġistrati żewġ inizjattivi ġodda, dwar l-enerġija rinnovabbli u dwar il-protezzjoni tal-wirt rurali

Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tirreġistra żewġ Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej fis-7 ta’ Settembru.

L-inizjattiva “Kull dar Ewropea mgħammra b’1 kW ta’ fotovoltajka u 0,6 kW ta’ turbini eoliċi bl-użu ta’ finanzjament tal-UE u l-amministrazzjoni tal-muniċipalitajiet biss” trid tnaqqas l-impronta tas-CO2 ta’ kull unità domestika u tbiddel il-perċezzjoni pubblika dwar l-enerġija ekoloġika. 

L-inizjattiva “Nipproteġu l-Wirt Rurali, is-Sigurtà u l-Provvista tal-Ikel fl-UE” għandha l-għan li tippromwovi ż-żoni rurali tal-UE u s-sigurtà tal-ikel.

L-organizzaturi għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.

 

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?