![New initiative registered](https://citizens-initiative.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2022-10/Registration-new.png?itok=qFq4yCnk)
Fis-16 ta’ Awwissu, il-Kummissjoni rreġistrat Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej intitolata Il-ħarsien u l-iżvilupp tal-kultura, l-edukazzjoni, il-lingwa, u t-tradizzjonijiet Ukreni fl-Istati tal-UE. Din tappella lill-Kummissjoni biex iżżid l-azzjonijiet tagħha fl-appoġġ għall-integrazzjoni tar-refuġjati Ukreni fl-UE.
Din hi s-seba’ inizjattiva rreġistrata fl-2023. L-organizzaturi tagħha issa għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.