![New initiative registered](https://citizens-initiative.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2022-10/Registration-new.png?itok=qFq4yCnk)
Fid-19 ta’ Ġunju l-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tirreġistra żewġ inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.
L-inizjattiva “Air-Quotas” (Kwoti tal-Ajru) tappella għal mekkaniżmu tal-kwoti tal-karbonju taċ-ċittadini f’kull pajjiż li għandu jħeġġeġ lin-negozji jiddekarbonizzaw permezz tad-domanda tal-konsumaturi. L-organizzaturi jqisu li jenħtieġ li dan ikopri x-xiri kollu ta’ oġġetti u servizzi, u li jibda mit-trasport bl-ajru.
L-organizzaturi tal-inizjattiva “Stop Destroying Videogames” (Inwaqqfu l-Qerda tal-Logħob tal-Kompjuter) jappellaw għal rekwiżit għall-pubblikaturi ta’ logħob elettroniku fl-UE li jħallu dak il-logħob fi stat funzjonali (b’mod li jista’ jintlagħab), sabiex tiġi evitata d-diżattivazzjonii mill-bogħod tagħhom.
Dawn l-inizjattivi huma s-sitt u s-seba’ waħda rreġistrati fl-2024. L-organizzaturi issa għandhom sitt xhur biex jiftħu l-ġbir tal-firem.