L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hi mod uniku li jgħinek issawwar l-UE billi tappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi liġijiet ġodda. Jekk inizjattiva tilħaq miljun firma valida, il-Kummissjoni tiddeċiedi x’azzjoni tieħu. Ara kif taħdem pass pass
Jekk qed tikkunsidra li tibda inizjattiva, ikkonsulta l-Forum tal-IĊE għal pariri legali u prattiċi.
L-aħħar aħbarijiet

Fl-21 ta’ Mejju 2026 filgħodu, il-Membri tal-Parlament Ewropew se jiddibattu l-14-il inizjattiva taċ-ċittadini valida matul is-sessjoni plenarja fi Strażburgu, bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

Webinar ta’ siegħa, l-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u l-esperti tal-Forum tal-IĊE se jaqsmu għarfien prattiku u esperjenzi diretti dwar kif tniedi u tmexxi inizjattiva.

Il-Finlandja tingħaqad mal-20 pajjiż tal-UE li jippermettu l-użu ta’ sistema nazzjonali tal-eID għall-iffirmar tal-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.

