Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Kif taħdem

Step by step

Aqra dwar kif taħdem l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej f’din il-gwida:

Gwida għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej


  • How we works Step 2
    Pass 2: Irreġistra l-inizjattiva tiegħek

    Qabel ma tibda tiġbor il-firem għall-inizjattiva tiegħek, trid tistaqsi lill-Kummissjoni biex tirreġistraha.

    Għal dan, se jkollok bżonn:

    • Toħloq kont tal-organizzatur. Dan se tużah biex timmaniġġja l-inizjattiva tiegħek u tikkoordina mal-Kummissjoni matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħha.
    • Tipprovdi deskrizzjoni tal-inizjattiva tiegħek b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE (kif ukoll dettalji u dokumenti rilevanti dwar il-grupp ta’ organizzaturi, il-finanzjament riċevut, eċċ.)

    Il-Kummissjoni mhix obbligata li tirreġistra l-inizjattivi kollha. Hija tirreġistra biss inizjattivi li jissodisfaw ċerti kriterji.
    Ladarba titlob biex l-inizjattiva tiegħek tiġi rreġistrata, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk taċċettahiex jew le.
    Se tirċievi tweġiba fi żmien xahrejn (jew f’xi każijiet 4 xhur).
    Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirreġistra l-inizjattiva tiegħek, din se tiġi ppubblikata hawnhekk.


  • How we works Step 3
    Pass 3: Ikseb l-appoġġ

    Teħtieġ tal-inqas l-appoġġ ta’ 1 miljun ċittadin tal-UE,
    b’limiti (numri minimi) f’mill-inqas 7 pajjiżi tal-UE.
    Huma jridu jimlew formola ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ speċifika.

    Tista’ tiġbor:

    • fuq il-karta (formoli mimlija minn qabel, li jistgħu jitniżżlu mill-kont tal-organizzatur tiegħek)
    • online (bl-użu tas-sistema ta’ ġbir online).

    Dawn il-formoli huma disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Matul il-proċedura tal-ġbir, trid tikkonforma mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

    Skeda ta’ żmien

    Meta tkun lest biex tniedi l-kampanja tiegħek, trid tistabbilixxi data tal-bidu
    (mhux aktar tard minn 6 xhur mid-data li ġiet irreġistrata l-inizjattiva tiegħek) u tinforma lill-Kummissjoni mill-inqas 10 ijiem ta’ xogħol qabel.
    Imbagħad ikollok 12-il xahar biex tiġbor id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ.

    Min jista’ jiffirma?

    Biex jiffirmaw, in-nies iridu jkunu:

    ĦJIEL – Aħjar tiġbor aktar firem minn dak mitlub. Xi drabi l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu ma jkunux jistgħu jivvalidaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ kollha li tipprovdi.

    Aktar dwar il-ġbir tal-firem


  • How we works Step 4
    Pass 4: Ikseb il-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ

    Jekk jirnexxielek tiġbor biżżejjed firem fil-perjodu ta’ żmien ta’ 12-il xahar, iġborhom skont in-nazzjonalità u ibgħathom għall-verifika lill-awtoritajiet responsabbli f’kull pajjiż tal-UE.

    Għandek sa 3 xhur biex tagħmel dan mid-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir tiegħek.

    L-awtoritajiet imbagħad ikollhom 3 xhur oħra biex jivverifikaw kemm hemm dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ li huma validi (se joħorġulek ċertifikat għal dan).

    ĦJIEL – Il-Kummissjoni tipprovdi servizz sigur ta’ skambju ta’ files biex tittrasferixxi d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ (miġburin fuq il-karta) lill-awtoritajiet nazzjonali. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb dan it-trasferiment.

    Aktar dwar il-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ.


  • How we works Step 5
    Pass 5: Issottometti l-inizjattiva tiegħek

    Ladarba tirċievi l-aħħar ċertifikat mill-awtoritajiet nazzjonali, għandek 3 xhur biex tissottometti l-inizjattiva tiegħek lill-Kummissjoni – flimkien mal-informazzjoni dwar l-appoġġ u l-finanzjament li rċevejt għall-inizjattiva.

    Aktar dwar is-sottomissjoni ta’ inizjattiva.


  • How we works Step 6
    Pass 6: Ikseb tweġiba

    Meta tkun issottomettejt l-inizjattiva tiegħek, tibda l-eżaminazzjoni tal-inizjattiva tiegħek:

    • Fi żmien xahar

      Int se tiltaqa’ mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni biex tkun tista’ tispjega fid-dettall il-kwistjonijiet imqajma fl-inizjattiva tiegħek.
       
    • Fi żmien 3 xhur

      Int se jkollok l-opportunità li tippreżenta l-inizjattiva tiegħek fi smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew. Il-Parlament jista’ wkoll jorganizza dibattitu f’sessjoni (plenarja) sħiħa, li tista’ twassal għall-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni relatata mal-kwistjoni tiegħek.
       
    • Fi żmien 6 xhur

      Il-Kummissjoni se tispjega x’azzjoni (jekk ikun hemm) se tipproponi bi tweġiba għall-inizjattiva tiegħek, u r-raġunijiet għalfejn se tieħu (jew ma tiħux) azzjoni. Din it-tweġiba se tkun fil-forma ta’ komunikazzjoni adottata formalment mill-Kulleġġ tal-Kummissarji u ppubblikata bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Int se tiltaqa’ mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni li se jispjegaw f’aktar dettall id-deċiżjoni tagħha rigward l-inizjattiva tiegħek.

    Aktar dwar il-kisba ta’ tweġiba mill-Kummissjoni.


  • X'ikun imiss?

    Leġiżlazzjoni

    Jekk il-Kummissjoni tqis il-leġiżlazzjoni bħala tweġiba xierqa għall-inizjattiva tiegħek, hija tibda tħejji proposta formali. Dan jista’ jkun jeħtieġ passi ta’ tħejjija bħal konsultazzjonijiet pubbliċi, valutazzjonijiet tal-impatt, eċċ. Ladarba tiġi adottata mill-Kummissjoni, il-proposta titressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill (jew f’xi każijiet, il-Kunsill biss), li jkunu jeħtieġu jadottawha biex issir liġi.

    Azzjoni oħra

    Il-Kummissjoni mhix obbligata li tipproponi leġiżlazzjoni. Anke meta twieġeb b’mod pożittiv, is-segwitu l-aktar xieraq għal inizjattiva jista’ jkun ta’ natura mhux leġiżlattiva. Hemm firxa ta’ miżuri oħrajn li jistgħu jkunu aktar adattati.

    Segwitu

    Il-Parlament Ewropew jista’ wkoll jivvaluta l-miżuri meħudin mill-Kummissjoni.

Footer banner
Tixtieq titgħallem u tikkollabora?