Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Qafas regolatorju

Referenzi tat-Trattat

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 11(4)

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 24.


Regoli

Regoli ġenerali (mill-1 ta’ Jannar 2020) – Regolament (UE) 2019/788

Regoli dwar il-ġbir tal-firem online (mill-1 ta’ Jannar 2020)Regolament (UE) Nru 2019/1799

L-inizjattivi li ġew reġistrati sal-31 ta’ Diċembru 2019 għadhom parzjalment regolati mir-regoli l-antiki:

Avviż dwar l-arranġamenti tranżizzjonali dwar ir-Regolament il-ġdid dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2020

Transition_MT

Ara wkoll l-Istorja tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej

Rieżami tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni Ewropea hija meħtieġa li perjodikament teżamina mill-ġdid kif qed taħdem l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Hija tistabbilixxi s-sejbiet tagħha f’rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 

Il-Kummissjoni adottat l-ewwel rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/788 fis-6 ta’ Diċembru 2023.  

Ir-rapporti dwar l-applikazzjoni tal-ewwel Regolament dwar l-IĊE (ir-Regolament (UE) Nru 211/2011) huma disponibbli fuq il-paġna tal-Istorja tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

Kumitat

Ir-rwol tal-kumitat huwa li jgħin lill-Kummissjoni bi speċifikazzjonijiet tekniċi għal sistemi individwali ta’ ġbir online (stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1799).

Għal informazzjoni dwar il-laqgħat tal-kumitat, mur fir-Reġistru tal-Komitoloġija tal-Kummissjoni.

Grupp ta’ Esperti

Ir-rwol tal-grupp ta’ esperti huwa li jikkoordina mal-pajjiżi tal-UE dwar kif tiġi implimentata l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

Il-grupp huwa magħmul minn rappreżentanti mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

Aktar informazzjoni dwar il-laqgħat tal-grupp ta’ esperti.

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?