Il-kont tal-organizzatur jippermetti lill-organizzaturi jissottomettu t-talba tagħhom biex jirreġistraw l-inizjattiva tagħhom mal-Kummissjoni Ewropea u jimmaniġġjaw l-inizjattiva (pereżempju, il-personalizzazzjoni tas-sistema ta’ ġbir online, l-aġġornament tal-informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju jew il-kuntatt mas-sostenituri).
Aċċessa l-kont tal-organizzatur
Għar-rappreżentanti:
Ladarba tkun stabbilixxejt il-grupp tiegħek, abbozzajt l-inizjattiva tiegħek u ġbart l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa, trid tissottometti t-talba għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva tiegħek permezz tal-kont tal-organizzatur tiegħek.
Jekk jogħġbok segwi dawn il-passi:
- Jekk għad m’għandekx wieħed, oħloq kont tal-EU Login. Segwi l-istruzzjonijiet biex toħloq u tikkonfigura kont tal-EU Login u stabbilixxi t-tieni fattur għal awtentikazzjoni b’saħħitha. Il-manwal miktub bl-Ingliż u hu disponibbli bit-23 lingwa uffiċjali tal-UE permezz ta’ servizz tat-traduzzjoni awtomatizzata.
- Aqbad mal-EU Login biex toħloq il-kont tal-organizzatur tiegħek biex tkun tista’ timla u tissottometti t-talba biex tirreġistra l-inizjattiva tiegħek.
Jekk jogħġbok innota: l-indirizz tal-email li tassoċja mal-kont tal-EU Login tiegħek se jiġi ppubblikat jekk l-inizjattiva tiegħek tiġi rreġistrata. Inkella, tista’ tipprovdi indirizz tal-email ieħor għall-informazzjoni pubblika fil-qasam “indirizz tal-email pubbliku” meta timla l-formola tat-talba għar-reġistrazzjoni.