Aħbarijiet (239)
RSS
Sejħa liċ-ċittadini kollha tal-UE u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili: aqsam l-esperjenza u l-perspettiva tiegħek dwar l-inizjattiva taċ-ċittaddini Ewropej!

Fit-22 ta’ Lulju, il-Kummissjoni kkonkludiet il-kontrolli tal-eliġibbiltà għat-talbiet ta’ reġistrazzjoni ta’ żewġ inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej. Ġiet irreġistrata inizjattiva waħda, u waħda ġiet irrifjutata.

On 17 July 2026 the Commission registered two new European citizens' initiatives.

Fis-7 ta’ Lulju, il-Kummissjoni Ewropea rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Introduzzjoni ta’ Introjtu Bażiku Mingħajr Kundizzjonijiet (UBI, Unconditional Basic Income) fl-UE kollha”.

Illum, il-Kummissjoni Ewropea adottat it-tweġiba tagħha għall-14-il inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej li kienet ta’ suċċess: “Stop Destroying Videogames”. L-inizjattiva ġabret iktar minn 1.29 miljun firma valida minn ċittadini fl-UE kollha u laħqet il-limiti stabbiliti meħtieġa f’24 Stat Membru.

Fl-1 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-pjan direzzjonali lejn it-tneħħija gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali għall-valutazzjonijiet dwar is-sikurezza kimika, b’rispons għall-inizjattiva “Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà – Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali”.

Fid-19 ta’ Mejju 2026, il-Kummissjoni rreġistrat żewġ inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej dwar il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi.

Il-Kummissjoni Ewropea adottat it-tweġiba tagħha għat-13-il inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ta’ suċċess: “Projbizzjoni ta’ prattiki ta’ konverżjoni fl-Unjoni Ewropea”.

Fl-21 ta’ Mejju 2026 filgħodu, il-Membri tal-Parlament Ewropew se jiddibattu l-14-il inizjattiva taċ-ċittadini valida matul is-sessjoni plenarja fi Strażburgu, bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Finlandja tingħaqad mal-20 pajjiż tal-UE li jippermettu l-użu ta’ sistema nazzjonali tal-eID għall-iffirmar tal-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.
