Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Sistema ta’ ġbir online

Il-Kummissjoni Ewropea toffri sistema ċentrali għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ lill-organizzaturi tal-inizjattivi.

Il-vantaġġi tagħha jinkludu:

  • preparazzjoni minima (soluzzjoni turnkey)
  • mingħajr ħlas għall-organizzaturi
  • ebda approvazzjoni meħtieġa (is-sistema diġà tikkonforma mal-istandards tekniċi u ta’ sigurtà – biex tuża s-sistema, inti sempliċiment tiffirma ftehim mal-Kummissjoni)
  • setup rapidu (biex tintuża s-sistema, sempliċiment informa lill-Kummissjoni 10 ijiem ta’ xogħol qabel ma jibda l-ġbir, permezz tal-kont tal-organizzatur tiegħek)
  • f’xi pajjiżi, is-sostenituri tal-inizjattiva tiegħek jistgħu jużaw l-identifikazzjoni elettronika biex jiffirmaw
  • is-sistema hi kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltajiet
  • tista’ tuża wkoll is-sistema biex tikkuntattja lis-sostenituri bl-email (għal komunikazzjoni kontinwa magħhom dwar l-inizjattiva)
  • l-għoti ta’ statistika għal kull inizjattiva lill-organizzaturi tagħha.

Għal aktar informazzjoni, ikkonsulta t-taqsima tal-Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej dwar “Kif tiġbor il-firem”.

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?