Skont ir-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), id-data personali tiegħek ipprovduta f'din il-formola se tintuża biss għall-appoġġ tal-inizjattiva u se tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-fini ta' verifika u ċertifikazzjoni. Inti għandek id-dritt li titlob mill-grupp ta' organizzaturi ta' din l-inizjattiva l-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek.
Id-data tiegħek se tinħażen mill-grupp ta' organizzaturi għal perjodu massimu ta' żamma ta' xahar wara l-preżentazzjoni tal-inizjattiva lill-Kummissjoni Ewropea jew 21 xahar wara l-bidu tal-perjodu ta' ġbir, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. Hija tkun tista' tinżamm lil hinn minn dawn il-limiti ta' żmien fil-każ ta' proċedimenti amministrattivi jew legali, għal mhux aktar minn xahar wara d-data tal-għeluq ta' dawn il-proċedimenti.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, għandek id-dritt li tressaq fi kwalunkwe ħin ilment quddiem l-awtorità tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari fl-Istat Membru tiegħek ta’ residenza abitwali, post tax-xogħol jew post tal-ksur allegat, jekk taħseb li d-data tiegħek tkun ipproċessata illegalment.
Ir-rappreżentant tal-grupp ta' organizzaturi tal-inizjattiva jew, fejn xieraq, l-entità ġuridika maħluqa minnu, huwa/hija l-kontrollur skont it-tifsira tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u jistgħu jiġu kkuntattjati bl-użu tad-dettalji mogħtija f'din il-formola.
Id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data (jekk ikun hemm) huma disponibbli fl-indirizz web ta' din l-inizjattiva fir-reġistru tal-Kummissjoni Ewropea, kif previst fil-punt 4 ta' din il-formola.
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità nazzjonali li se jirċievu u jipproċessaw id-data personali tiegħek u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data huma disponibbli fuq: https://citizens-initiative.europa.eu/how-it-works/data-protection_mt.