L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hi mod uniku li jgħinek issawwar l-UE billi tappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi liġijiet ġodda. Jekk inizjattiva tilħaq miljun firma valida, il-Kummissjoni tiddeċiedi x’azzjoni tieħu. Ara kif taħdem pass pass
Jekk qed tikkunsidra li tibda inizjattiva, ikkonsulta l-Forum tal-IĊE għal pariri legali u prattiċi.
L-aħħar aħbarijiet

Illum, il-Kummissjoni Ewropea adottat it-tweġiba tagħha għall-14-il inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej li kienet ta’ suċċess: “Stop Destroying Videogames”. L-inizjattiva ġabret iktar minn 1.29 miljun firma valida minn ċittadini fl-UE kollha u laħqet il-limiti stabbiliti meħtieġa f’24 Stat Membru.

Fl-1 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-pjan direzzjonali lejn it-tneħħija gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali għall-valutazzjonijiet dwar is-sikurezza kimika, b’rispons għall-inizjattiva “Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà – Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali”.

Fid-19 ta’ Mejju 2026, il-Kummissjoni rreġistrat żewġ inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej dwar il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi.

