
Fid-19 ta’ Mejju 2026, il-Kummissjoni rreġistrat żewġ inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej dwar il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi:
- l-inizjattiva“Id-drittijiet għan-Natura: L-Għoti tas-Setgħa liċ-Ċittadini biex Jirrappreżentaw u Jipproteġu l-Ekosistema”, li tistieden lill-Kummissjoni “tirrikonoxxi d-Drittijiet tan-Natura fil-liġi Ewropea permezz ta’ att legali bħal direttiva jew regolament biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ekosistemi”.
- l-inizjattiva "Il-Konnettività mill-ġdid tan-natura permezz tal-ħolqien ta’ kurituri Ewropej għall-bijodiversità”, li tistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta “biex in-natura fl-Ewropa tiġi konnessa mill-ġdid permezz ta’ qafas ta’ koordinazzjoni għall-konnettività ekoloġika bejn l-ekosistemi tal-ilmijiet interni u tal-art” u “tingħeleb il-frammentazzjoni tal-ekosistema u jiġu appoġġati l-bijodiversità u r-reżiljenza”.
Dawn l-inizjattivi huma s-sitt u s-seba’ waħda rreġistrati fl-2026. L-organizzaturi tal-inizjattiva għandhom sitt xhur biex iniedu l-ġbir ta’ firem.
Sorsi
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 19 Mejju 2026
- Awtur
- Is-Segretarjat Ġenerali
