Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Citizens' Initiative
Europe Direct Valletta logo 3
Ambassador type
  • Organizzazzjoni ambaxxatriċi
Attiv/a fi
  • Malta

Europe Direct Valletta tagħti tagħrif, pariri, għajnuna, u twieġeb mistoqsijiet dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE, il-leġiżlazzjoni, il-politiki, il-programmi, u l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE.

L-organizzazzjoni ospitanti għal Europe Direct Valletta hija Servizzi Ewropej f’Malta (SEM), aġenzija tal-gvern bil-kompitu li tikkomunika dwar il-fondi tal-UE u l-użu tagħhom f’Malta. Europe Direct Valletta topera permezz tal-forza tax-xogħol professjonali u b’esperjenza tas-SEM u fi ħdan network b’saħħtu ta’ fornituri tal-informazzjoni tal-UE, punti ta’ kuntatt nazzjonali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-pubbliku lokali permezz tal-media, l-avvenimenti u l-attivitajiet.

Footer banner
Tixtieq titgħallem u tikkollabora?