Gwida
Gwida għall-inizjattiva taċ-ċittadini
Dwar xiex għandek toqgħod attent
L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tagħtik l-opportunità li jkollok sehem akbar fit-tfassil tal-politika tal-UE. Tħeġġeġ id-dibattitu dwar kwistjonijiet għal qalbek u tqajjem kuxjenza dwar tħassib komuni.
X’se tfisser għalik:
- Int titlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi leġiżlazzjoni ġdid tal-UE li ġġib ’il quddiem il-kawża tiegħek - sakemm din tkun qasam li l-UE għandha s-setgħa fuqu.
- Wara li tkun irreġistrajt l-inizjattiva tiegħek u tkun ġbart mill-anqas miljun firma fuq formola stampata u online f’mill-anqas 7 pajjiżi tal-UE, int u oħrajn fl-UE kollha tippreżentawha lill-Kummissjoni
- imbagħad tiltaqa’ mal-Kummissjoni biex tiddiskuti l-għanijiet tiegħek.
Wara li tiġi eżaminata l-proposta tiegħek, il-Kummissjoni twieġeb dwar l-azzjoni li biħsiebha tieħu, jekk ikun il-każ.
Meta tkun qed taħdem fuq l-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, għandek bżonn issegwi sett ta’ proċeduri. Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-inizjattiva taċ-ċittadini jista’ jdum xhur u possibilment snin!
It-teħjjija hija ċ-ċavetta. Biex tgħinek tagħmel dan:
- dan is-sit web jipprovdi dettalji tal-proċess kollu
- l-Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej jipprovdi gwida u pariri dwar l-aspetti legali u prattiċi tal-ġestjoni tal-inizjattiva, inklużi:
- kif tiġi abbozzata inizjattiva
- Kif tingħaqad f’tim ma’ oħrajn u toħloq grupp ta’ organizzaturi
- kif tiġbor il-firem
Għandek tkun taf li, bħala organizzatur, tkun tista’ tuża b’xejn is-Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online ġestita mill-Kummissjoni Ewropea għall-ġbir ta’ stqarrijiet ta’ appoġġ online. Din is-sistema tista’ tiġi stabbilita malajr għall-inizjattiva tiegħek u tiżgura konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
Niedi l-inizjattiva tiegħek
Hekk kif twaqqaf il-grupp tiegħek, tkun abbozzajt l-inizjattiva tiegħek u tkun ġbart l-informazzjoni kollha meħtieġa, għandek bżonn talba għar-reġistrazzjoni.
Biex tagħmel dan, ir-Rappreżentant tal-grupp tiegħek tal-organizzaturi għandu bżonn jiftaħ kont ta’ organizzatur bl-indirizz tal-email tiegħu/tagħha (li wieħed ikun jista’ jara fuq dan is-sit web hekk kif l-inizjattiva tiġi rreġsitrata) u jimla l-oqsma meħtieġa.
Nota: L-ewwel pass biex tistabbilixxi kont ta’ organizzatur huwa billi toħloq kont tal-EU Login. Ara f’din il-paġna kif tassoċja l-mobile tiegħek mal-kont tal-EU Login tiegħek biex tiżgura awtentikazzjoni b'żewġ fatturi b’saħħitha.