
It-tielet episodju tas-sensiela ta’ podcasts ġdida dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, CitizenCentral, issa hi disponibbli fuq Apple Podcasts, Spotify, Google Podcasts u SoundCloud.
F’dan l-episodju, li jkopri suġġetti ambjentali fuq l-art u fil-baħar, hemm żewġ Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej li għaddejjin bħalissa: “Stop Finning – Stop the trade” (“Waqqaf it-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar – Waqqaf il-kummerċ”) u “Green Garden Roof Tops” (“Bjut b’Ġonna Ekoloġiċi”) . Tista’ tisma’ wkoll minn rappreżentant ta’ inizjattiva magħluqa “Grow Scientific Progress: crop materials” (“Inkabbru l-progress xjentifiku: l-għelejjel huma importanti!”) jew bijologi tal-baħar.
Sorsi
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 29 Ottubru 2021
