Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Irreġistrati inizjattivi ġodda: “Ecoscore Ewropew” (European EcoScore) u “Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà - Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-itte

  • Avviż tal-aħbarijiet
  • 30 Ġunju 2021
  • 1 min qari
New initiative registered

Illum il-Kummissjoni rreġistrat żewġ inizjattivi Ewropej ġodda.

“Ecoscore Ewropew”

L-organizzaturi tal-inizjattiva “Ecoscore Ewropew” jappellaw lill-Kummissjoni biex tipproponi “ecoscore Ewropew affidabbli” – tikketta obbligatorja li tipprovdi lill-konsumaturi b’informazzjoni dwar l-impatt ambjentali tal-prodotti manifatturati jew mibjugħa fis-suq tal-UE. It-tikketta tkun ibbażata fuq kalkolu standardizzat, li jibda mill-ikel u l-ħwejjeġ iżda fl-aħħar mill-aħħar jimmira li jkopri t-tipi kollha ta’ prodotti.

“Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà - Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali”

L-organizzaturi tal-inizjattiva “Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà - Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali” jappellaw lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni, li ssaħħaħ u twessa’ l-projbizzjonijiet eżistenti tal-UE dwar l-ittestjar fuq l-annimali għall-prodotti kożmetiċi u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ingredjenti ttestjati fuq l-annimali. Il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi wkoll pjan direzzjonali għat-tneħħija gradwali tal-ittestjar kollu fuq l-annimali qabel tmiem il-mandat attwali tal-Kummissjoni.

B’dawn iż-żewġ reġistrazzjonijiet, l-għadd ta’ inizjattivi ġodda rreġistrati fl-ewwel nofs tal-2021 huwa 6.

Sorsi

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
30 Ġunju 2021
Footer banner
Tixtieq titgħallem u tikkollabora?