Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Skopri l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej - Webinar

Kont taf li l-parteċipazzjoni f’inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hi waħda mid-drittijiet tiegħek bħala ċittadin tal-UE? Tista’ tappoġġja inizjattivi li għaddejjin bħalissa jew tibda inizjattivi ġodda. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tgħin biex jitressqu l-kawżi li jippreokkupaw liċ-ċittadini tal-UE fil-livell tal-UE, tqajjem dibattitu, tqajjem kuxjenza u tiskatta bidla fil-politika fl-UE!

Tgħallem kif din l-għodda unika ta’ demokrazija parteċipattiva tista’ tgħinek issemma’ leħnek fl-UE u tippromwovi l-kawżi li huma importanti għalik. Ingħaqad mal-webinar.

L-organizzaturi tal-inizjattiva se jaqsmu l-istejjer u l-esperjenzi tagħhom biex imexxu inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u jwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek. Esperti tal-ECI se jigwidawk matul il-passi ewlenin tal-vjaġġ tal-ECI u l-appoġġ disponibbli għall-organizzaturi. 

It-Tlieta, 3 ta’ Mejju 2022, 18.00 – 19.30 CET (bl-Ingliż biss)

 

Irreġistra: https://ecconf.webex.com/ecconf/j.php?RGID=r3a351e388cef7ad52509345a26449bed

ECI webinar 2022 presentation
Webinar presentation
First slide of webinar.
English
(18.75 MB - PPTX)
Iddawnlowdja
Final Agenda - Discover the European Citizens' Initiative
English
(557.34 KB - PDF)
Iddawnlowdja

 

 

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?