L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hi mod uniku li jgħinek issawwar l-UE billi tappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi liġijiet ġodda. Jekk inizjattiva tilħaq miljun firma valida, il-Kummissjoni tiddeċiedi x’azzjoni tieħu. Ara kif taħdem pass pass
Jekk qed tikkunsidra li tibda inizjattiva, ikkonsulta l-Forum tal-IĊE għal pariri legali u prattiċi.
L-aħħar aħbarijiet

Fis-16 ta’ April, il-Parlament Ewropew se jorganizza seduta ta’ smigħ pubblika dwar l-14-il Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess.

Fil-25 ta’ Marzu, il-Kummissjoni Ewropea rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ġdida dwar it-trasport sostenibbli.

Fil-25 ta’ Marzu, il-Membri tal-Parlament Ewropew se jiddibattu l-inizjattiva matul is-sessjoni plenarja.

