
Fit-22 ta’ Lulju, il-Kummissjoni kkonkludiet il-kontrolli tal-eliġibbiltà għat-talbiet ta’ reġistrazzjoni ta’ żewġ inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.
B’riżultat ta’ dan, l-inizjattiva “‘Stop Killing The Internet: No Digital ID & No Age Verification’ ġiet irreġistrata. Hi tagħmel appell għal “leġiżlazzjoni li tiżgura li s-sistemi tal-identità diġitali u tal-assigurazzjoni tal-età użati għall-aċċess għas-servizzi online fl-Unjoni jibqgħu volontarji, jippreservaw il-privatezza u ma jkunux diskriminatorji.” L-organizzaturi tal-inizjattiva għandhom issa għandhom sitt xhur biex iniedu l-ġabra tal-firem.
Għall-”Att Save Europe”, il-Kummissjoni kkonkludiet li din l-inizjattiva ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet formali skont ir-Regolament dwar l-IĊE - jiġifieri li inizjattiva ma tistax tmur manifestament kontra l-valuri minquxa fit-Trattat u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
Sorsi
- Data tal-pubblikazzjoni
- 22 Lulju 2026
- Awtur
- Is-Segretarjat Ġenerali
