Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Citizens' Initiative

Preżentazzjoni tal-11-il inizjattiva valida lill-Kummissjoni biex teżaminaha: “Politika ta’ koeżjoni għall-ugwaljanza tar-reġjuni u s-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali”

  • Avviż tal-aħbarijiet
  • 4 Marzu 2025
  • 1 min qari
An image of a badge with "1M" in it

L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Politika ta’ koeżjoni għall-ugwaljanza tar-reġjuni u s-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali” kisbet 1,269,351 dikjarazzjoni ta’ appoġġ ivvalidati miċ-ċittadini tal-UE u laħqet numri minimi fi 8 pajjiżi. L-inizjattiva ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni Ewropea fl-4 ta’ Marzu 2025, u b’hekk saret il-11-il inizjattiva valida li għandha tiġi eżaminata mill-Kummissjoni. 

L-inizjattiva titlob biex il-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni tagħti attenzjoni speċjali lir-reġjuni b’karatteristiċi li huma differenti minn dawk tar-reġjuni tal-madwar.

Il-Kummissjoni għandha sal-4 ta’ Settembru 2025 biex tippreżenta t-tweġiba uffiċjali tagħha, biex tiddeskrivi l-azzjonijiet li biħsiebha tieħu, jekk ikun hemm. Il-Kummissjoni se tiltaqa’ mal-organizzaturi biex tiddiskuti l-inizjattiva fid-dettall fil-ġimgħat li ġejjin. Imbagħad se jiġi organizzat smigħ pubbliku mill-Parlament Ewropew.

Sorsi

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
4 Marzu 2025
Footer banner
Tixtieq titgħallem u tikkollabora?