Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

L-aħħar aħbarijiet

Initiative answered (successful)
  • 05/04/2023
Il-Kummissjoni Ewropea twieġeb l-inizjattiva “Insalvaw lin-naħal u lill-bdiewa! Lejn agrikoltura favur in-naħal għal ambjent b’saħħtu”

Illum il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ir-rispons tagħha għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Insalvaw lin-naħal u lill-bdiewa! Lejn agrikoltura favur in-naħal għal ambjent b’saħħtu”, is-seba’ inizjattiva ta’ suċċess appoġġjata minn aktar minn 1 miljun ċittadin fl-UE kollha.

Aqra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni. 

 

European Parliament
  • 24/03/2023
Smigħ pubbliku dwar “Stop Finning – Stop the trade” fis-27 ta’ Marzu 2023

Il-Parlament Ewropew se jorganizza seduta ta’ smigħ pubblika dwar it-tmien Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej Stop Finning – Stop the trade  fis-27 ta’ Marzu mit-3.00 p.m. sas-6.00 p.m. L-organizzaturi se jippreżentaw l-objettivi tal-inizjattiva u se jitkellmu mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea se jipparteċipaw ukoll.

Il-laqgħa tixxandar fuq l-internet u tiġi rreġistrata.

New initiative registered
  • 22/03/2023
Irreġistrata inizjattiva ġdida: “End The Horse Slaughter Age”

Fit-22 ta’ Marzu, il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “End The Horse Slaughter Age”.

Din tappella għal liġijiet ġodda li jipprojbixxu l-qtil taż-żwiemel, iwaqqfu t-trasport fuq distanzi twal ta’ żwiemel fl-Ewropa kollha għall-qatla u jipproteġu ż-żwiemel milli jiġu mġiegħla jagħmlu xogħol żejjed jew taħriġ iebes.

Din hija t-tielet inizjattiva reġistrata fl-2023. L-organizzaturi tagħha issa għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.

logo Save cruelty free cosmetics
  • 17/03/2023
Il-Kummissjoni Ewropea tirċievi l-organizzaturi tal-inizjattiva “Save cruelty free cosmetics - Commit to a Europe without animal testing”

Fis-17 ta’ Marzu 2023, l-organizzaturi tad-disa’ Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess “SAVE CRUELTY FREE COSMETICS - COMMIT TO A EUROPE WITHOUT ANIMAL TESTING” iltaqgħu ma’ Vera Jourová, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Valuri u t-Trasparenza, u Thierry Breton, il-Kummissarju Ewropew għas-Suq Intern, biex jippreżentaw l-objettivi tal-inizjattiva tagħhom f’aktar dettall. 

European Parliament
  • 14/03/2023
Dibattitu dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Save Bees and Farmers” fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fis-16 ta’ Marzu

Il-Membri tal-Parlament Ewropew se jiddibattu dwar is-seba’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ta’ suċċess “Save bees and farmers! Towards a bee-friendly agriculture for a healthy environment" fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, nhar il-Ħamis,16 ta’ Marzu fid-9.00.

Is-sessjoni plenarja tixxandar fuq l-internet u tiġi rreġistrata.

New initiative registered
  • 22/02/2023
Irreġistrata inizjattiva ġdida: “Niżguraw li l-migranti jingħataw akkoljenza dinjituża fl-Ewropa”

Fit-22 ta’ Frar, il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Niżguraw li l-migranti jingħataw akkoljenza dinjituża fl-Ewropa”

Hi tappella għall-iżvilupp ta’ sistema ġdida għad-distribuzzjoni ta’ dawk li jfittxu l-ażil fl-UE kollha, ibbażata fuq ir-rieda ħilesa tegaħhom, filwaqt li tiġi żgurata solidarjetà effettiva bejn l-Istati Membri. Tappella wkoll għal standards ta’ akkoljenza vinkolanti li jiggarantixxu kundizzjonijiet tal-għajxien dinjitużi għall-persuni li jfittxu ażil fl-UE kollha, pereżempju, f’termini ta’ ikel, saħħa, akkomodazzjoni, edukazzjoni u xogħol.

Din hija t-tieni inizjattiva reġistrata fl-2023. L-organizzaturi tagħha issa għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.

IT developments
  • 17/02/2023
14 ta' Marzu 2023: Webinar tal-Forum tal-ECI “Ġbir tal-Firem Online - X’għandek tkun taf dwar is-Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online”

Dan il-webinar se jipprovdi lill-organizzaturi attwali u potenzjali tal-ECI b’informazzjoni prattika u gwida dwar il-ġbir tal-firem online għall-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej, b’enfasi fuq is-Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online.

Se jieħu sehem espert tal-IT tal-Kummissjoni u organizzatur ta’ inizjattiva taċ-ċittadini li rnexxiet.

Aktar informazzjoni u reġistrazzjoni għal dan il-webinar (li sar fl-14 ta’ Marzu, bl-Ingliż biss) jistgħu jinstabu fil-Forum tal-ECI.

Stop Finning - Stop the Trade
  • 06/02/2023
Il-Kummissjoni Ewropea tirċievi l-organizzaturi tal-inizjattiva “Waqqaf it-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar - Waqqaf il-kummerċ”

Fis-6 ta’ Frar, l-organizzaturi tal-inizjattiva “Waqqaf it-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar - Waqqaf il-kummerċ” iltaqgħu mal-Kummissarju għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd, Virginijus Sinkevičius, biex jippreżentaw l-ideat tagħhom f’aktar dettall. 

Initiative submitted to the EC
  • 26/01/2023
L-IĊE ta’ suċċess “Insalvaw il-kożmetiċi mingħajr krudeltà” ġiet sottomessa lill-Kummissjoni Ewropea għal eżami

L-inizjattiva “Insalvaw il-kożmetiċi mingħajr krudeltà – Impenn għal Ewropa mingħajr ittestjar fuq l-annimali” laħqet 1,217,916-il dikjarazzjoni ta’ appoġġ validati miċ-ċittadin tal-UE, b’limiti stabbiliti milħuqa f’21 pajjiż u ġiet sottomessa lill-Kummissjoni Ewropea għal eżami fil-25 ta’ Jannar 2023. Din hi d-disa’ Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) ta’ suċċess.

L-inizjattiva tappella lill-Kummissjoni biex tibda leġiżlazzjoni, issaħħaħ u twessa’ l-projbizzjonijiet eżistenti tal-UE tal-ittestjar tal-kożmetiċi fuq l-annimali u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ingredjenti ttestjati fuq l-annimali, kif ukoll biex tadotta proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi pjan direzzjonali għat-tneħħija gradwali tal-ittestjar kollu fuq l-annimali qabel tmiem il-mandat kurrenti tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni se tiltaqa’ mal-organizzaturi biex tiddiskuti l-inizjattiva fid-dettall fil-ġimgħat li ġejjin. Imbagħad se jiġi organizzat smigħ pubbliku mill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha sal-25 ta’ Lulju 2023 biex tippreżenta t-tweġiba uffiċjali tagħha, biex tiddeskrivi l-azzjonijiet li biħsiebha tieħu.

Policy updates
  • 25/01/2023
Il-Kummissjoni tindirizza t-tħassib tal-IĊE ta’ suċċess “Insalvaw lin-Naħal u lill-Bdiewa!” b’“Patt Ġdid għall-Pollinaturi”

Fl-24 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat “Patt Ġdid għall-Pollinaturi” li jirrevedi l-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi tal-2018 biex tindirizza t-tnaqqis allarmanti fl-insetti dakkara selvaġġi fl-Ewropa. Kulma jmur aktar ċittadini appellaw għal azzjoni deċiżiva kontra t-telf tal-pollinaturi , anki permezz tal-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini ta’ suċċess “Insalvaw lin-Naħal u lill-Bdiewa”. 

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?