Sett ta’ għodod għall-iskejjel “Id-Demokrazija tal-UE fl-Azzjoni - Semma’ Leħnek bl-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej”
L-għan tas-sett ta’ għodod edukattivi huwa li l-istudenti jingħataw l-għarfien u l-ħiliet li jippermettulhom ikunu ċittadini attivi u involuti tal-UE. Bħala parti minn din l-esplorazzjoni, is-sett ta’ għodod jiffoka fuq l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Sa tmiem il-kors, l-istudenti se jkollhom idea ċara tal-għan tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini, kif taħdem, kif tidħol fil-kuntest usa’ tad-demokrazija fl-Unjoni Ewropea, u kif jistgħu jużawha biex iġibu bidla fid-dinja tagħhom.
Is-sett ta’ għodod huwa mfassal għall-iskejjel tal-edukazzjoni sekondarja u jista’ jintuża b’mod flessibbli fil-lezzjonijiet taċ-ċivika jew fejn jintuża approċċ ibbażat fuq is-suġġett. Hu disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Is-sett ta’ għodod jista’ jintuża bil-lingwa nazzjonali, fi klassi ta’ lingwa barranija, jew bħala parti minn kors tas-CLIL.
X’qed jgħidu l-għalliema:
“Dak li jien u l-istudenti tiegħi apprezzajna l-aktar kien il-fatt li b’mod interessanti u konċiż huma kisbu ħafna għarfien dwar suġġett li hu ttraskurat fl-iskola. Il-materjali ta’ referenza disponibbli fuq is-siti web tal-UE prattikament ġew minsuġa flimkien mal-kors tal-lezzjonijiet u l-attivitajiet għall-istudenti. L-istudenti jittieħdu lejn riżorsi partikolari b’kompiti konkreti, għalhekk jaraw konnessjoni mad-dokumenti iżda madankollu ma jħossux li l-volum tar-riżorsi huwa wisq.”
- għalliema tal-iskola sekondarja mill-Polonja li ppruvat is-sett ta’ għodod
“Staqsejt lill-istudenti tiegħi l-opinjoni tagħhom dwar il-materjali u rrid ngħid li għoġbuhom ħafna. Ma kinux jafu ħafna dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, u sabu l-materjali interessanti. Ħadu pjaċir bl-approċċ magħżul biex jiġi ppreżentat kollox u biex jaħdmu fuq l-informazzjoni, u b’mod speċjali għoġbuhom il-videos, sabuhom qosra u ċari, karatteristiċi li apprezzaw.”
- għalliem tal-iskola sekondarja minn Spanja li pprova s-sett ta’ għodod
Deskrizzjoni qasira tas-sett ta’ għodod edukattivi
X’inhi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej?
L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tippermetti liċ-ċittadini tal-UE jinfluwenzaw il-politiki tal-UE billi jpoġġu fuq l-aġenda tal-UE l-kwistjonijiet li huma l-aktar importanti għalihom. Inizjattiva taċ-ċittadini tlaqqa’ flimkien nies minn pajjiżi differenti tal-UE biex jiġbru l-firem u titlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi liġijiet ġodda f’oqsma fejn il-Kummissjoni għandha s-setgħa taġixxi. Huwa mod minn isfel għal fuq biex jinbeda dibattitu politiku u titqajjem kuxjenza dwar kawżi komuni li jgħaqqdu lin-nies minn fruntiera għal oħra. L-għodda tnediet fl-2012, u issa qed tagħti l-frott, b’diversi inizjattivi li jwasslu għal proposti legali konkreti mill-Kummissjoni Ewropea.
X’hemm fis-sett ta’ għodod edukattivi?
Is-sett ta’ għodod jikkonsisti f’erba’ unitajiet tematiċi, kull waħda b’fokus differenti, minn informazzjoni aktar ġenerali dwar l-Unjoni Ewropea għal informazzjoni u attivitajiet speċifiċi relatati mal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, kif ġej:
- Introduzzjoni qasira għall-Unjoni Ewropea
- Id-demokrazija fl-Unjoni Ewropea
- L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej
- L-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej
Is-sett ta’ għodod jinkludi l-materjali li ġejjin:
- Pakkett tal-Għalliem, inklużi struzzjonijiet għal kull lezzjoni, it-tweġibiet, informazzjoni addizzjonali, u links għal aktar riċerka.
- Pakkett tal-Istudent li għandu jintuża għax-xogħol fil-klassi u fid-dar fil-forma kemm ta’ reviżjoni kif ukoll ta’ aktar riċerka. Huma pprovduti links għal siti tal-internet rilevanti disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
- Preżentazzjonijiet bil-PowerPoint għall-użu fil-klassi inklużi test u video (fakultattivi).
- Links għall-files tal-videos. Il-videos kollha użati fil-modulu huma disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
- Attivitajiet fakultattivi f’kull unità fil-forma ta’ xogħol ta’ proġetti.
- Skeda informattiva għal aktar esplorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni Ewropea.
- Skeda informattiva dwar l-oqsma ta’ azzjoni tal-UE.
- Kwiżż tal-aħħar.
X’approċċi metodoloġiċi jintużaw?
Il-materjal huwa mfassal biex juża diversi approċċi għat-tagħlim/għall-apprendiment:
- Preżentazzjoni diretta
- Diskussjonijiet fi grupp
- Ħidma fi grupp
- Xogħol ta’ proġetti
- Studju individwali
- Xogħol ta’ riċerka
- Soluzzjoni tal-problemi
- Logħob ta’ rwol
- Iffilmjar
Iddawnlowdja l-materjal tas-sett ta’ għodod
Aġġornament għall-Unità 2: In-numru massimu ta’ Membri tal-Parlament Ewropew huwa ta’ 750 (flimkien mal-President). Fil-leġiżlatura 2024–2029, in-numru totali huwa ta’ 720.
- Iddawnlowdjaбългарски
- IddawnlowdjaEspañol
- Iddawnlowdjačeština
- Iddawnlowdjadansk
- IddawnlowdjaDeutsch
- Iddawnlowdjaeesti
- Iddawnlowdjaελληνικά
- IddawnlowdjaEnglish
- Iddawnlowdjafrançais
- IddawnlowdjaGaeilge
- Iddawnlowdjahrvatski
- Iddawnlowdjaitaliano
- Iddawnlowdjalatviešu
- Iddawnlowdjalietuvių
- Iddawnlowdjamagyar
- IddawnlowdjaNederlands
- Iddawnlowdjapolski
- Iddawnlowdjaportuguês
- Iddawnlowdjaromână
- Iddawnlowdjaslovenčina
- Iddawnlowdjaslovenščina
- Iddawnlowdjasuomi
- Iddawnlowdjasvenska
- Iddawnlowdjaбългарски
- IddawnlowdjaEspañol
- Iddawnlowdjačeština
- Iddawnlowdjadansk
- IddawnlowdjaDeutsch
- Iddawnlowdjaeesti
- Iddawnlowdjaελληνικά
- IddawnlowdjaEnglish
- Iddawnlowdjafrançais
- IddawnlowdjaGaeilge
- Iddawnlowdjahrvatski
- Iddawnlowdjaitaliano
- Iddawnlowdjalatviešu
- Iddawnlowdjalietuvių
- Iddawnlowdjamagyar
- IddawnlowdjaNederlands
- Iddawnlowdjapolski
- Iddawnlowdjaportuguês
- Iddawnlowdjaromână
- Iddawnlowdjaslovenčina
- Iddawnlowdjaslovenščina
- Iddawnlowdjasuomi
- Iddawnlowdjasvenska
- Iddawnlowdjaбългарски
- IddawnlowdjaEspañol
- Iddawnlowdjačeština
- Iddawnlowdjadansk
- IddawnlowdjaDeutsch
- Iddawnlowdjaeesti
- Iddawnlowdjaελληνικά
- IddawnlowdjaEnglish
- Iddawnlowdjafrançais
- IddawnlowdjaGaeilge
- Iddawnlowdjahrvatski
- Iddawnlowdjaitaliano
- Iddawnlowdjalatviešu
- Iddawnlowdjalietuvių
- Iddawnlowdjamagyar
- IddawnlowdjaNederlands
- Iddawnlowdjapolski
- Iddawnlowdjaportuguês
- Iddawnlowdjaromână
- Iddawnlowdjaslovenčina
- Iddawnlowdjaslovenščina
- Iddawnlowdjasuomi
- Iddawnlowdjasvenska
- Iddawnlowdjaбългарски
- IddawnlowdjaEspañol
- Iddawnlowdjačeština
- Iddawnlowdjadansk
- IddawnlowdjaDeutsch
- Iddawnlowdjaeesti
- Iddawnlowdjaελληνικά
- IddawnlowdjaEnglish
- Iddawnlowdjafrançais
- IddawnlowdjaGaeilge
- Iddawnlowdjahrvatski
- Iddawnlowdjaitaliano
- Iddawnlowdjalatviešu
- Iddawnlowdjalietuvių
- Iddawnlowdjamagyar
- IddawnlowdjaNederlands
- Iddawnlowdjapolski
- Iddawnlowdjaportuguês
- Iddawnlowdjaromână
- Iddawnlowdjaslovenčina
- Iddawnlowdjaslovenščina
- Iddawnlowdjasuomi
- Iddawnlowdjasvenska
- Iddawnlowdjaбългарски
- IddawnlowdjaEspañol
- Iddawnlowdjačeština
- Iddawnlowdjadansk
- IddawnlowdjaDeutsch
- Iddawnlowdjaeesti
- Iddawnlowdjaελληνικά
- IddawnlowdjaEnglish
- Iddawnlowdjafrançais
- IddawnlowdjaGaeilge
- Iddawnlowdjahrvatski
- Iddawnlowdjaitaliano
- Iddawnlowdjalatviešu
- Iddawnlowdjalietuvių
- Iddawnlowdjamagyar
- IddawnlowdjaNederlands
- Iddawnlowdjapolski
- Iddawnlowdjaportuguês
- Iddawnlowdjaromână
- Iddawnlowdjaslovenčina
- Iddawnlowdjaslovenščina
- Iddawnlowdjasuomi
- Iddawnlowdjasvenska
- Iddawnlowdjaбългарски
- IddawnlowdjaEspañol
- Iddawnlowdjačeština
- Iddawnlowdjadansk
- IddawnlowdjaDeutsch
- Iddawnlowdjaeesti
- Iddawnlowdjaελληνικά
- IddawnlowdjaEnglish
- Iddawnlowdjafrançais
- IddawnlowdjaGaeilge
- Iddawnlowdjahrvatski
- Iddawnlowdjaitaliano
- Iddawnlowdjalatviešu
- Iddawnlowdjalietuvių
- Iddawnlowdjamagyar
- IddawnlowdjaNederlands
- Iddawnlowdjapolski
- Iddawnlowdjaportuguês
- Iddawnlowdjaromână
- Iddawnlowdjaslovenčina
- Iddawnlowdjaslovenščina
- Iddawnlowdjasuomi
- Iddawnlowdjasvenska
Il-mistoqsijiet u l-feedback tiegħek
Diġà użajt is-sett ta’ għodod? Jekk jogħġbok aqsam il-feedback tiegħek fl-istħarriġ għall-għalliema
Jekk għandek aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja: