Il-Jum tal-IĊE 2023, organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u s-sħab tiegħu, se jiffoka fuq il-ħiliet li l-organizzaturi jeħtieġu biex jagħmlu suċċess mill-inizjattiva tagħhom – fir-rigward tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet. Għall-konferenza se tattendi l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Valuri u t-Trasparenza Věra Jourová.
Is-sett ta’ għodod għall-iskejjel “Id-Demokrazija tal-UE fl-Azzjoni - Semma’ Leħnek bl-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej”, żviluppat mill-Kummissjoni, se jitnieda uffiċjalment fl-avveniment.
L-avveniment se jkun ibridu, bil-parteċipazzjoni personali fi Brussell jew online. Ir-reġistrazzjoni hi miftuħa sal-4 ta’ Ġunju.
