Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Irreġistrata inizjattiva ġdida: “End The Slaughter Age” (“Intemmu l-Era tat-Tbiċċir”)

Logo EndTheSlaughterAge

Fis-27 ta’ April 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirreġistra t-tielet Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tal-2022, intitolata “End The Slaughter Age”.

L-inizjattiva tistieden lill-Kummissjoni teskludi t-trobbija tal-bhejjem minn attivitajiet eliġibbli għal sussidji agrikoli u tinkludi alternattivi etiċi u ekoloġiċi, bħall-biedja taċ-ċelloli u l-proteini tal-pjanti, u tintroduċi inċentivi għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli ċellulari u bbażati fuq il-pjanti.

L-organizzaturi tal-inizjattiva issa għandhom sitt xhur biex jagħżlu meta jibdew il-ġbir tal-appoġġ.

 

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?