Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

L-avveniment “Fokus fuq l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej: Nikkollaboraw mal-UE kollha”

5 people seating in a panel. names in the news

Fit-8 ta’ April 2025 il-Kummissjoni Ewropea organizzat l-avveniment “Fokus fuq l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej: Nikkollaboraw mal-UE kollha", biex is-sħab istituzzjonali u n-network tal-IĊE jiġu involuti aktar fis-sensibilizzazzjoni dwar l-IĊE. Il-Kummissarju inkarigat mill-IĊE, Maroš Šefčovič, fetaħ l-avveniment u pparteċipa f’panel ta’ livell għoli flimkien mal-Viċi President tal-Parlament Ewropew Katarina Barley (S&D/DE), il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) Oliver Röpke u d-Direttur Eżekuttiv tas-Servizz ta’ Azzjoni taċ-Ċittadini Ewropej Assya Kavrakova. L-avveniment laqqa’ wkoll l-Ambaxxaturi tal-IĊE, il-Punti ta’ kuntatt fuq il-livell nazzjonali, l-organizzaturi tal-IĊE li għaddejjin bħalissa kif ukoll il-membri tal-Grupp tal-IĊE tal-KESE. Il-parteċipanti wrew eżempji ta’ komunikazzjoni tal-IĊE fuq il-post u qajmu ideat ġodda biex l-informazzjoni dwar l-IĊE tkun aktar qrib iċ-ċittadini.

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?