Fil-25 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rreġistrat żewġ inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej:
- l-inizjattiva “L-Istilel tal-UE fuq il-Passaport Tiegħi (STAR-PASS)”, ’ , tistieden lill-Kummissjoni “biex tiffaċilita l-introduzzjoni mill-Istati Membri tal-UE ta’ għażla addizzjonali għad-disinn tal-qoxra tal-passaporti”.
- l-inizjattiva “Talba għal sospensjoni sħiħa tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Iżrael fid-dawl tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa ta’ Iżrael” , issejjaħ lill-Kummissjoni “biex tressaq il-proposta lill-Kunsill għas-sospensjoni sħiħa tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Iżrael”.
L-organizzaturi tal-inizjattiva għandhom sitt xhur biex iniedu l-ġbir tal-firem.
