Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

L-aħħar aħbarijiet

  • 12/01/2021

Tidħol fis-seħħ id-Direttiva riveduta dwar l-Ilma tax-Xorb

Illum qed tidħol fis-seħħ id-Direttiva riveduta dwar l-Ilma tax-Xorb, rispons dirett għall-ewwel Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li kellha suċċess, l-Ilma u s-sanità huma dritt tal-bniedem! L-ilma hu ġid pubbliku, mhux komodità! Il-leġiżlazzjoni l-ġdida se tiżgura s-sikurezza u l-kwalità tal-ilma tax-xorb, kif ukoll aċċess aktar faċli għalih għall-gruppi vulnerabbli.

Logo ReclaimYourFace
  • 07/01/2021

Ġiet irreġistrata inizjattiva ġdida għal “projbizzjoni ta’ prattiki ta’ sorveljanza bijometrika tal-massa”

Il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva ġdida taċ-ċittadini Ewropej: “Inizjattiva tas-soċjetà ċivili għal projbizzjoni ta’ prattiki ta’ sorveljanza bijometrika tal-massa”. L-organizzaturi jħeġġu lill-Kummissjoni tipproponi att legali li jtemm darba għal dejjem l-użu ta’ data bijometrika b’mod indiskriminat u mmirat b’manjiera arbitrarja li jista’ jwassal għas-sorveljanza tal-massa jew kwalunkwe interferenza żejda fid-drittijiet fundamentali.

Policy updates
  • 23/12/2020

Il-Kummissjoni tagħti estensjonijiet lill-inizjattivi taċ-ċittadini minħabba l-pandemija tal-COVID-19

Minħabba l-isfidi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, fis-17 ta’ Diċembru l-Kummissjoni ddeċidiet li tagħti estensjoni ta’ tliet xhur għall-inizjattivi taċ-ċittadini li kienu fil-proċess li jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ fl-1 ta’ Novembru 2020. L-organizzaturi tal-inizjattivi kkonċernati se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni. Aqra t-test tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

Logo EuropeanCitizensInitiativeWeek
  • 25/11/2020

Il-Ġimgħa tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Il-Ġimgħa tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej seħħet online bejn is-16 u l-20 ta' Novembru 2020. Imniedi mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Věra Jourová, l-avveniment laqqa’ flimkien rappreżentanti mill-istituzzjonijiet Ewropej, is-soċjetà ċivili u organizzaturi ta’ inizjattivi taċ-ċittadini. Jekk ma lħaqtx issegwi l-avveniment, ir-recordings ta’ kull sessjoni huma disponibbli hawn.

Meeting with EC
  • 30/10/2020

Il-Kummissjoni Ewropea tilqa’ l-organizzaturi tal-Inizjattiva “End the Cage Age”

L-organizzaturi tal-inizjattiva “End the Cage Age” iltaqgħu mal-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza Věra Jourová u l-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari Stella Kyriakides.

Hearing in EP
  • 13/10/2020

Smigħ pubbliku dwar “Minority Safepack - one million signatures for diversity in Europe”

Il-Parlament Ewropew se jorganizza smigħ pubbliku dwar il-ħames Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li kellha suċċess “Minority Safepack – one million signatures for diversity in Europe” fil-15 ta’ Ottubru mid-9.00 sas-13.00. Minħabba r-restrizzjonijiet attwali tal-COVID-19, il-laqgħa se ssir parzjalment mill-bogħod bi preżenza fiżika limitata fil-kamra, iżda se tixxandar kompletament fuq l-internet għall-pubbliku.

 

Logo RightToCure
  • 21/08/2020

Inizjattiva ġdida reġistrata: Right to Cure

Illum, il-21 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rreġistrat inizjattiva ġdida taċ-ċittadini: Right to Cure. L-organizzaturi issa għandhom sa sitt xhur biex jibdew jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ mingħand iċ-ċittadini fl-Ewropa kollha.

Policy updates
  • 16/07/2020

COVID-19: adottati r-regoli l-ġodda għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej

Fil-15 ta’ Lulju 2020, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw miżuri temporanji biex jindirizzaw l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-implimentazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

Skopri aktar

Policy updates
  • 19/05/2020

COVID-19: Proposta tal-Kummissjoni dwar il-limiti ta’ żmien għall-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej

Il-Kummissjoni Ewropea llum adottat proposta għal Regolament li jippermetti li jiġu estiżi l-limiti ta’ żmien għall-fażijiet ta’ ġbir, verifika u eżami applikabbli għall-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.

Fir-rigward tal-fażi ta’ ġbir b’mod partikolari, hija proposta estensjoni ta’ 6  xhur għall-perjodu eżistenti ta’ 12-il xahar għall-inizjattivi li l-ġbir ta’ firem tagħhom kien għaddej fil-jum li l-COVID-19 ġie ddikjarat bħala pandemija mid-WHO (11 ta’ Marzu 2020).

It-test finali ta’ dan ir-Regolament se jsir applikabbli ladarba jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. 

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?