L-inizjattiva taċ-ċittadini “End the Cage Age” ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni llum biex tiġi eżaminata, wara li ġabret kważi 1.4 miljun (1,397,113) dikjarazzjoni ta’ appoġġ mill-UE kollha.
L-organizzaturi dalwaqt jiltaqgħu mal-Kummissjoni. Imbagħad ser jiġi organizzat smigħ pubbliku mill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha sa 6 xhur biex tadotta tweġiba formali.
