Dan l-aħħar żdiedu karatteristiċi ġodda fis-Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online biex itejbu l-funzjonalità tagħha għall-organizzaturi tal-ECI: issa, il-kampjuni tal-messaġġi tal-media soċjali għandhom aktar għażliet ta’ fformattjar, u l-logos tal-inizjattivi jistgħu jintwerew fil-messaġġi fuq Facebook. L-organizzaturi jistgħu faċilment iniżżlu l-aħħar metriċi, isibu l-feedback tal-utent bil-lingwi oriġinali kif ipprovdut miċ-ċittadini u hemm gwida aħjar għaċ-ċittadini li jdaħħlu kodiċi postali ħażin.
Barra minn hekk, il-feedback kondiviż fi stħarriġ min-nies li jappoġġjaw l-inizjattivi se jippermetti lill-Kummissjoni tħejji titjib futur ieħor. Il-maġġoranza tal-inizjattivi miftuħa jużaw is-COCS u l-inizjattivi l-ġodda kollha rreġistrati mill-1 ta’ Jannar 2023 se jkunu meħtieġa jużawha.
