Verżjoni ġdida tas-sistema ta’ ġbir online, użata minn Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) individwali biex jinġabru l-firem online, ġiet rilaxxata llum. Din toffri interfaċċa aktar faċli għall-utent u aktar sigura, adatta aħjar għall-użu fuq smartphone.
Din il-verżjoni l-ġdida hija parti mill-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex ittejjeb kontinwament is-sistema ta’ ġbir online pprovduta bla ħlas lill-IĊE kollha.
Iċċekkja d-dehra u s-sensazzjoni tal-interfaċċa għal kwalunkwe inizjattiva li bħalissa qed tiġbor il-firem.
