
L-inizjattiva “Fur Free Europe” laħqet għadd rekord ta’ 1,502,319 dikjarazzjoni ta’ appoġġ ivvalidati miċ-ċittadini tal-UE, b’limiti milħuqa fi 18-il pajjiż. Dan jagħmilha l-10 inizjattiva ta’ suċċess ippreżentata lill-Kummissjoni Ewropea. L-inizjattiva ġiet sottomessa fl-14 ta’ Ġunju 2023.
L-inizjattiva tappella lill-Kummissjoni biex tintroduċi projbizzjoni fl-UE kollha fuq iż-żamma u l-qtil ta’ annimali għall-fini tal-produzzjoni tal-fer, kif ukoll fuq it-tqegħid tal-fer tal-annimali mrobbija u prodotti li fihom tali fer fis-suq tal-UE.
Il-Kummissjoni għandha sal-14 ta’ Diċmebru 2023 biex tippreżenta t-tweġiba uffiċjali tagħha, biex tiddeskrivi l-azzjonijiet li biħsiebha tieħu. Il-Kummissjoni se tiltaqa’ mal-organizzaturi biex tiddiskuti l-inizjattiva fid-dettall fil-ġimgħat li ġejjin. Imbagħad se jiġi organizzat smigħ pubbliku mill-Parlament Ewropew.