
Is-sett ta’ għodod ta’ tagħlim li fih 4 unitajiet inħoloq bħala attività fakultattiva fil-klassi għall-istudenti fl-aħħar sentejn tal-edukazzjoni sekondarja. L-għan tiegħu huwa li jgħammar lill-istudenti bl-għarfien u l-ħiliet li jippermettulhom ikunu ċittadini attivi u impenjati tal-UE. Bħala parti minn din l-esplorazzjoni, is-sett ta’ għodod jiffoka fuq l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.
Permezz ta’ istruzzjoni, riċerka, dibattitu, ħidma ta’ proġetti u logħob ta’ rwoli, l-istudenti jitgħallmu kif l-UE evolviet matul iż-żmien, kif l-istituzzjonijiet tal-UE jagħmlu l-liġijiet, kif dawn il-liġijiet jaffettwaw il-ħajja tagħhom ta’ kuljum, u, kif l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tippermettilhom jingħaqdu ma’ oħrajn biex isawru l-politika tal-UE dwar kwistjonijiet li jinteressawhom.