Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Fur Free Europe (Ewropa ħielsa mill-Pil tal-Annimali)

Preżentazzjoni u eżami

L-inizjattiva “Fur Free Europe” ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Ġunju 2023, wara li nġabru 1,502,319 dikjarazzjoni ta’ appoġġ ivverifikati. Ara t-tħabbira għall-istampa.

L-organizzaturi ltaqgħu mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Valuri u t-Trasparenza, Věra Jourová u mal-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Stella Kyriakides fl-20 ta’ Lulju 2023. Ara t-tħabbira għall-istampa u r-ritratti.

Saret seduta pubblika fil-Parlament Ewropew fl-10 ta’ Ottubru 2023. Ara r-recording.

L-inizjattiva ġiet diskussa fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fid-19 ta’ Ottubru 2023. Ara r-recording (il-parti 1 u l-parti 2).

Il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni fis-7 ta’ Diċembru 2023 li tistabbilixxi r-rispons tagħha għall-inizjattiva “Fur Free Europe”. Ara l-istqarrija għall-istampa u l-Mistoqsijiet u Tweġibiet.

Picture of the first page of the factsheet
Factsheet - Successful Initiatives - Fur Free Europe

 

Tweġiba tal-Kummissjoni Ewropea

Il-konklużjonijiet ewlenin tal-Komunikazzjoni:

Il-Kummissjoni inkarigat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) biex tipprovdi opinjoni xjentifika dwar il-benessri tal-annimali mrobbija għall-pil.

Filwaqt li tkompli tibni fuq dan il-kontribut xjentifiku, u fuq il-valutazzjoni tal-impatti ekonomiċi u soċjali, il-Kummissjoni mbagħad se tikkomunika l-aktar azzjoni xierqa, mhux aktar tard minn Marzu 2026. Il-Kummissjoni se tkompli wkoll bil-ħidma preparatorja tagħha fuq proposti oħra dwar it-trattament xieraq tal-annimali, kif imħabbar fl-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”.

Il-Kummissjoni pproponiet ukoll azzjonijiet ta’ akkumpanjament fil-qasam tal-mekkaniżmi preventivi “Saħħa Waħda”, l-ispeċijiet aljeni invażivi u t-tikkettar tal-pil fl-ilbies u fl-aċċessorji tal-ħwejjeġ.

Segwitu

Fid-9 ta’ Frar 2024, il-Kummissarju Stella Kyriakides iltaqgħet mal-organizzaturi tal-inizjattiva “Fur Free Europe” biex tiddiskuti t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-inizjattiva.

Il-ħidma tal-Kummissjoni fuq l-azzjonijiet ta’ akkumpanjament, kif imħabbra fil-Komunikazzjoni, kienet miexja ’l quddiem. Ara s-sit web iddedikat għad-dettalji.

 

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?